Saturday, May 18, 2024

L-Armenja tirbaħ il-Junior Eurovision; Malta fit-12-il post

Aqra wkoll

L-edizzjoni tal-Junior Eurovision Song Contest ta’ din is-sena, li sar ġewwa Pariġi, għadu kif intrebaħ mill-Armenja.

Kienet il-kantanta Malena li rrappreżentat dan il-pajjiż bid-diska “Qami Qami’ u li rnexxielha takwista total ta’ 224 punt.

Warajha kklasifikaw il-Polonja fit-tieni post b’218-il punt u Franza fit-tielet post b’187 punt.

Intant, Malta ġiet fit-12-il post fejn kisbet 97 punt. Bosta kienu dawk il-persuni li faħħru l-prestazzjoni eċċellenti li taw illejla Ike u Kaya. F’filmat li ttella’ fuq il-midja soċjali, iż-żewġ kantanti dehru ferħanin u ma naqsitx l-għajta ta’ Viva Malta.  

Sport