Brażil…………. 1
Svizzera……… 0
Minkejja li naqsu li jimpressjonaw, il-Brażil xorta waħda kienu tajbin biżżejjed biex għelbu lill-Isvizzera biex ikkwalifikaw għar-round tal-Aħħar 16.
Fil-veritá, il-Brażiljani ddiżappuntaw xi ftit peró fit-tieni taqsima kienu aktar avventurużi u xeħtu lill-avversarji jiddefendu.
Fit-68 minuta huma kellhom goal ta’ Vinicius Jr imħassar għal pożizzjoni ta’ offside.
Iżda, fit-83 minuta, huma skorjaw l-uniku goal minn Casemiro li b’nofs volley għeleb għal kollox lil Yann Sommer.
Brażil: Alisson Becker, Alex Sandro (Alex Telles 86), Thiago Silva, Marquinhos, Eder Militao, Casemiro, Lucas Paqueta (Rodrygo 46), Fred (Bruno Guimaraes 58), Vinicius Junior, Richarlison (Gabriel Jesus 73), Raphinha (Antony 73) – Coach: Tite
Svizzera: Yann Sommer, Ricardo Rodriguez, Nico Elvedi, Manuel Akanji, Silvan Widmer (Fabian Frei 86), Granit Xhaka, Remo Freuler, Ruben Vargas (Renato Steffen 59), Djibril Sow (Michel Aebischer 76), Fabian Rieder (Edimilson Fernandes 59), Breel Embolo (Haris Seferovic 76) – Coach: Murat Yakin
Referee: Ivan Barton (El Salvador)
Assistenti: David Moran (El Salvador), Zachari Zeegelaar (Surinam)