Saturday, May 18, 2024

Goleada minn Spanja kontra Costa Rica

Aqra wkoll

Spanja……………. 7

Costa Rica………. 0

Spanja rreġistraw l-akbar rebħa ta’ din l-edizzjoni tat-tat-Tazza tad-Dinja meta ma sabu l-ebda diffikultá biex għelbu lil Costa Rica bl-iskor ta’ 7-0.

Spanja fetħu l-iskor fil-11-il minuta meta Gavi xeħet lejn DANI OLMO li kkontrolla tajjeb, evita lil Oscar Duarte u xeħet fix-xibka.

Fil-21 minuta, l-Ispanjoli rduppjaw meta MARCO ASENSIO kkonkluda mill-cross ta’ Jordi Alba. Għaxar minuti wara, huma għamluhom tlieta meta FERRAN TORRES skorja minn penalty wara li Alba ġie ffawljat minn Oscar Duarte fil-kaxxa.

Fit-tieni taqsima, huma skorjaw erba’ goals oħra biex għaqqdu din il-goleada.

Fl-54 minuta, FERRAN TORRES irreġistra d-doppjetta minn azzjoni personali.

Imbagħad it-tliet goals l-oħra waslu minn Gavi (74), Alvaro Morata (90) u Carlos Soler (92).

Spanja: Unai Simon, Jordi Alba (Alejandro Balde 64), Aymeric Laporte, Sergio Busquets (Koke 64), Cesar Azpilicueta, Rodri, Pedri (Carlos Soler 57), Gavi, Dani Olmo, Marco Asensio (Nico Williams 69), Ferran Torres (Alvaro Morata 57) – Caoch: Luis Enrique

Costa Rica: Keylor Navas, Bryan Oviedo (Ronald Matarrita 82), Francisco Calvo, Oscar Duarte, Keysher Fuller, Carlos Martinez (Kendall Waston 46), Jewison Bennette (Bryan Ruiz 61), Yeltsin Tejeda, Celso Borges (Brandon Aguilera 72), Joel Campbell, Anthony Contreras (Alvaro Zamora 61) – Coach: Luis Fernando Suarez                               

Referee: Mohammed Abdulla Hassan (UAE)

Assistenti: Mohamed Al Hammadi, Hasan Al Mahri (UAE)

Ammoniti: F. Calvo, J. Campbell (CR)

Sport