Saturday, October 4, 2025

Golem 2025 – Disa’ logħbiet għal Malta fl-ewwel jum tal-Kampjonat Ewropew tas-Snooker

Aqra wkoll

Is-Sibt, f’Golem l-Albanija ser jingħata bidu għat-tieni fażi tal-Kampjonat Ewropew tas-Snooker ta’ din is-sena organizzat mill-European Billiards and Snooker Association fuq format open. Wara li f’Marzu li għadda f’Antalya t-Turkija kien sar l-Kampjonat Ewropew tal-Irġiel individwali issa jmiss l-kategorija tas-Seniors individwali u tat-timijiet kif ukoll il-kategorija tat-timijiet tal-Irġiel.

Bejn il-kampjonat tas-Seniors u dak tat-timijiet tal-Irġiel ser isiru wkoll kompetizzjonijiet tax-Shoot Out, 6 Reds u Q Tour. Dan il-kampjonat jiġi fi tmiemu l-Ħadd 19 t’Ottubru bil-finali tat-timijiet tal-Irġiel. Waqt dan il-kampjonat il-President tal-Malta Billiards & Snooker Association, Ivan Brincat, ser ikun qed imexxi t-tim Malti fl-Albanija.

Fl-ewwel kompetizzjoni, dik tas-Seniors individwali, ser jieħdu sehem 80 plejer li ser ikunu qed jirrapreżentaw 22 pajjiż. F’din il-kategorija il-kontinġent Malti ser ikun iffurmat minn Alex Borg, Arthur Cachia, Frans Mintoff, Philip Ciantar, Tony Mifsud u Ivan Attard li bejn is-Sibt u l-Ħadd iridu jiotlagħbu l-logħbiet kollha tal-gruppi. B’kollox hemm 20 grupp, kollha b’erba’ plejers f’kull grupp. B’hekk kull plejer imissu jilgħab tlett logħbiet u kull plejer ser jilgħab fil-ġurnata tal-ftuħ pero’ Arthur Cachia, Ivan Attard u Tony Mifsud sa tard filgħaxija jkunu diġa’ lagħbu żewġ logħbiet.

F’din il-fażi tal-gruppi ser isiru erba’ sessjonijiet ta’ logħob li ser ikunu fl-10am, fis-1.30pm, fl-4pm u fit-8pm.Id-disa’ logħbiet li fihom ser jieħdu sehem il-plejers Maltin illum huma dawn:

10:00Grupp ETony MifsudvsMark Walsh (Irlanda)
10:00Grupp FIvan AttardvsTim Van Goubergen (Belġju)
13:30Grupp JArthur CachiavsThomas Grendelmeier (Svizzera)
13:30Grupp MPhilip CiantarvsPeyman Chitsaz (Awstrija)
16:00Grupp SFrans MintoffvsMyqerem Dervishaj (Albanija)
16:00Grupp TAlex BorgvsEdlir Kurthysa (Albanija)
20:00Grupp ETony MifsudvsDeclan Lavery (Irlanda ta’ Fuq)
20:00Grupp FIvan AttardvsPhilip Williams (Wales)
20:00Grupp JArthur CachiavsSaulius Pajarskas (Litwanja)

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport