Thursday, October 16, 2025

Golem 2025 – Malta tirbaħ l-erba’ logħbiet tat-timijiet fl-ewwel jum

Aqra wkoll

L-Erbgħa, waqt il-Kampjonat Ewropew tas-Snooker tat-timijiet tal-irġiel li qed isir f’Golem, l-Albanija, it-tliet timijiet rebħu l-erba’ logħbiet li kienu nvoluti fihom fl-ewwel jum ta’ din il-kompetizzjoni.

Malta 1 kompost minn Aaron Busuttil u Chris Peplow rebħu, 3-0, kontra Albanija 3 (Albi Rama – Besjan Sinanaj) biex fl-aħħar jum tal-logħob gruppi jonqoshom jilgħabu tliet darbiet, kontra Polonja 3, Ungerija u Bulgarija 2.

Malta 2 iffurmat minn Alex Borg u Joseph Casha lagħbu logħba waħda biss li rebħu kontra Bulgarija 1 (Viktor Iliev – Bratislav Krastev), 3-1. Fit-tieni jum, biex jgħalqu l-ewwel fażi, jilgħabu kontra Albanjia 1 u Wales.

Malta 3 ta’ Philip Ciantar u Isaac Borg rebħu ż-żewġ konfronti tagħhom biex ikkwalifikaw għal fażi tan-knock-out. Huma l-ewwel għelbu, 3-1, lil Albanija 2 (Diego Minxalli – Ronald Xoxi) u aktar tard rebħu, 3-0, kontra Portugall (Diogo Badalo – Jorge Paixão). L-aħħar logħba tagħhom f’din il-fażi tkun għal min ser jirbaħ Grupp A u l-avversarji tagħhom issa ser ikunu l-Ukraina.

Sadanittant, Aaron Busuttil irnexxielu jasal sas-semi finali tal-kompetizzjoni tas-6 Reds pero’ ġie eliminat mill-Ingliż, Craig Steadman.

Intant fit-tieni u l-aħħar jum ta’ logħob tal-gruppi l-logħbiet għat-timijiet Maltin huma dawn:

10:00Group BMalta 1vsPolonja 3 (Paweł Rogoza – Bartosz Utkowski)
10:00Group EMalta 2vsAlbanjia 1 (Besar Spahiu – Dorjan Maknori)
10:00Group AMalta 3vsUkraina (Anton Kazakov – Mykhailo Larkov)
13:30Group BMalta 1vsUngerija (Erik Nagy – Attila Horváth)
16:00Group BMalta 1vsBulgarija 2 (Velian Dimitrov – Jan Laushman)
16:00Group EMalta 2vsWales (Alfie Davies – Riley Powell)

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport