Saturday, September 14, 2024

Goncalo Guedes fil-mira potenzjali ta’ Arsenal u Liverpool

Aqra wkoll

Il-winger ta’ Valencia, Goncalo Guedes, qed jitiqes bħala mira potenzjali ta’ trasferiment għal Arsenal u Liverpool.

Iż-żagħżugħ ta’ 24 sena kien spiss marbut ma’ trasferiment ma’ Wolverhampton Wanderers matul is-sajf qabel ma l-club mill-West Midlands eventwalment żamm is-servizzi ta’ Adama Traore.

Madankollu, l-internazzjonali Portugiż apparentement baqa’ fuq ir-radar ta’ diversi clubs tal-Premier League wara li beda l-istaġun il-ġdid tal-La Liga b’żewġ goals u żewġ assists.

Arsenal u Liverpool huma lesti li jagħmlu offerta għal dan il-player jekk Valencia jagħżlu li jsaħħu l-aspett finanzjarju tagħhom bil-bejgħ tal-player ewlieni tagħhom.

Guedes fadallu inqas minn sentejn fil-kuntratt tiegħu, xenarju li jista’ jġiegħel lil Los Murcielagos jikkunsidraw offerti matul it-tieqa tat-trafserimenti ta’ Jannar.

Sakemm Valencia jibqgħu fit-taqtiegħa għal ritorn fl-Ewropa permezz tar-riżultati tagħhom fil-La Liga, kull bejgħ jista’ jiġi mdewwem sas-sajf.

Ekonomija

Sport