Is-sewwieq minn Monaco, Charles Leclerc (Ferrari), kiseb is-sitt pole position mit-tmien tiġrijiet ta’ dan l-istaġun b’dawra mpekkabbli fil-Grand Prix ta’ Azerbaijan meta waqqaf l-arloġġ f’ħin ta’ minuta u 41.359 sekonda.
Huwa ħalla l-aħjar tiegħu għall-aħħar dawra meta għeleb lil Sergio Perez tar-Red Bull b’0.282 ta’ sekonda, waqt li Perez għeleb lill-kollega tiegħu, Max Verstappen, l-aħħar dawra tiegħu, b’0.65 ta’ sekonda.
Carlos Sainz tal-Ferrari kien l-aktar veloċi wara l-ewwel dawriet fil-kwalifiki finali, iżda sensiela ta’ żbalji fl-aħħar dawra ħallewh fir-raba’ post.
Leclerc kompla bl-istatus tiegħu bħala r-re tal-kwalifiki tal-Formula 1 din is-sena, minkejja xi żbalji f’dawriet kruċjali fl-ewwel u fit-tieni sessjonijiet li żammewh mill-potenzjal ultimu tiegħu.
Iżda huwa għaqqad kollox flimkien meta kien jimporta għat-tieni pole position konsekuttiva f’Baku.
George Russell kien l-aħjar mill-kumplament għal Mercedes fil-ħames post quddiem il-kollega tiegħu, Lewis Hamilton, mill-Alpha Tauri ta’ Pierre Gasly u 0.202 sekondi.
Il-Grand Prix tibda fis-1.00 pm.