Sunday, May 5, 2024

Jiskatta l-proċess għall-Viċi Kap tal-PN

Aqra wkoll

Ġimagħtejn wara l-konferma ta’ Bernard Grech bħala Kap tal-Partit Nazzjonalista, mil-lum bdew jintlaqgħu l-ismijiet ta’ dawk interessati li jkunu kandidati għall-kariga ta’ Viċi Kap tal-partit.

Fi stqarrija tal-Partit Nazzjonalista ntqal li l-Kumitat Eżekuttiv approva b’mod unanimu r-regolamenti li se jwasslu għal din l-elezzjoni.

Iż-żmien ta’ espressjoni ta’ interess jagħlaq is-Sibt li ġej. Wara se jkun qiegħed isir proċess ta’ verifika interna biex dawk interessati jkunu jistgħu jitfgħu n-nomina tagħhom.

Bl-aħħar reviżjoni fl-istatut tal-Partit Nazzjonalista, mhux se jibqa’ jkollu żewġ Viċi Kapijiet iżda persuna waħda li tokkupa l-kariga ta’ Viċi Kap

Sport