Fit-tieni ġurnata tal-Enemed Cup tal-waterpolo li saret nhar il-Ġimgħa u s-Sibt li għaddew, issa kull team lagħab żewġ logħbiet bi Sliema u Neptunes jagħmluhom żewġ rebħiet kull wieħed fi Grupp A u San Ġiljan jitilfuhom it-tnejn.
Fi Grupp B hemm Marsaskala u Exiles li rebħu ż-żewġ logħbiet li lagħbu waqt li Barracudas u Otters tilfuhom it-tnejn.
F’dawk li huma goals fl-ewwel ġurnata ġew skorjati 134 u fit-tieni t-total tela’ għal 144 li jiġu medja ta’ 29 f’kull logħba.
GRUPP A
Neptunes………… 13
San Ġiljan……….. 11
(3-2, 5-4, 1-2, 4-3)
*Id-Derby tal-Balluta bejn Neptunes u San Ġiljan xaqleb lejn il-Ħomor b’differenza ta’ żewġ goals f’logħba ferm missielta u eċċitanti kif juru l-iskors tal-erba’ sessjonijiet.
Minnhom Neptunes rebħu tlieta b’goal f’kull waħda u l-oħra marret għand il-Ġiljaniżi.
Il-goals ta’ Neptunes ġew skorjati minn Marco Malic 5, Liam Galea 2, Julian Valletta 2, Stevie Camilleri 2, Luigi Mallia 1 u Jake Bajada 1.
Għal San Ġiljan it-tweġibiet tagħhom ġew minn Nikolai Zammit 4, Milos Vukicevic 3, Ben Plumpton 2, Jeremy Abela 1 u Darren Zammit 1.
Referees: Ronnie Spiteri, Neville Mercieca.
Sliema……………….. 20
Valletta……………… 15
(4-3, 6-1, 6-5, 4-6)
*Sliema għamluhom żewġ rebħiet minn daqstant logħbiet meta għelbu lil Valletta b’distakk ta’ ħames goals f’logħba li fiha rebħu l-ewwel tliet sessjonijiet iżda tilfu r-raba’ waħda meta kienu f’vantaġġ ta’ 16-9 li kif jidher kien wisq biex il-Beltin idawru telfa f’rebħa. Għal Valletta din kienet l-ewwel telfa minn żewġ logħbiet.
Il-goals Slimiżi ġew skorjati minn Benji Cachia 6, Bogdan Djerkovic 4, Jayden Cassar 3, Elijah Schembri 3, Julian Chircop 2, Daniel Rizzo 1 u Jake Cachia 1.
Min-naħa tal-Beltin kienu Jamie Borg Tabone 4, Dino Zammit 4, Daniel Tully 2, Kieyan Borg 2, Jacob Sciberras 2 u Enrico Mallia 1 li għelbu lill-goalkeeper Slimiż.
Referees: Neville Mercieca, Ronnie Spiteri.
Sirens…………………. 19
Birzebbuġa…………… 11
(5-3, 3-3, 4-5, 7-0)
*Sirens kisbu l-ewwel rebħa meta warrbu l-isfida ta’ Birżebbuġa bl-iskor komdu ta’ 19-11 bir-rebħa mmaturat fl-aħħar sessjoni meta l-Pawlini rebħuha b’seba’ goals mingħajr risposta.
Birżebbuġa kienu tilfu l-ewwel logħba wkoll meta sfaw megħluba minn Valletta meta din is-sena qed jilagħbu fi Grupp A minflok Exiles.
Il-goals tat-team minn San Pawl il-Baħar ġew minn Andreas Galea 4, Mattias Ortoleva 4, Matthew Sciberras 3, Zach Mizzi 3, Isaiah Riolo 2, Alastair Cook 2 u Nikola Rafaelovic 1.
Għal Birżebbuġa wieġbu Max Aqulina 4, Jake Ciantar 2, Nicholas Bugelli 1, Jamie Zarb Mizzi 1, Andrew Magri 1, Andre Aquilina 1 u Dwayne Farrugia 1.
Referees: Alex De Raffaele, Silvio Privitera.
GRUPP B
Marsaskala………. 11
Marsaxlokk……… 10
(5-2, 3-4, 3-4, 0-0)
*Logħba oħra ferm missielta seħħet f’dan il-grupp li fiha ħarġu minn fuq Marsaskala li għelbu lil Marsaxlokk b’goal wara li ħadu l-ewwel sessjoni bi tliet goals. Fatt mhux normali fil-waterpolo seħħ fl-aħħar sessjoni meta l-ebda naħa ma sabet ix-xibka.
Il-goals tal-Iskalin skorjawhom C.J. Saliba 3, Dean Ciantar 2, Ayrton Camenzuli 2, Mark Carani 2 u Marco Mannino 2.
Għax-Xlukkajri skorjaw Benji Schranz 5, Benji Lewis 4 u Mattias Fenech 1.
Referees: Alex De Raffaele, Luke Galea.
Exiles…………… 9
Otters………….. 5
(1-2, 2-1, 3-0, 3-2)
*Jekk Exiles kienu qed jiksbu t-tieni rebħa, għat-team Għawdxi, Otters, kienet it-tieni telfa għalkemm l-iskor kien wieħed normali fejn kien fit-tielet sessjoni li Exiles għamlu d-differenza meta rebħuha bi tliet goals mingħajr risposta.
Għal Exiles skorjaw Matteo Martellaci 3, John Brownrigg 3, Mark Fenech 1, Keith Tanti 1 u Kyle Navarro 1 waqt li Matthew Farrugia 3, Kenneth Micallef 1 u Adam Azzopardi 1 skorjaw għal Otters.
Referees: Ronnie Spiteri, Ivan Rakovic.
Ta’ Xbiex………… 16
Barracudas……… 10
(3-3, 3-4, 5-2, 5-1)
*Logħba oħra b’rebħa xi ftit jew wisq ristretta rat lil Exiles jiksbu t-tieni rebħa meta għelbu lil Barracudas b’distakk ta’ sitt goals fejn kien fl-aħħar żewġ sessjonijiet li għamlu d-differenza.
Il-goals għal Ta’ Xbiex ġew minn Julian Farrugia 5, Vito Figliomeni 4, Shailon Cutajar 2, Jack Zammit 2, Jan Culic 2 u Raoul Creco 1, b’dawk ta’ Barracudas jiġu minn Gianni Schembri 4, Giosue Spiteri 1, Matthew Abela 1, Hayden Brincat 1, Jack Abela Meli 1, William Ruggier 1 u Jake Briffa 1.
Referees: Neville Mercieca, Luke Galea.
LOGĦOB LI JMISS
Il-Ġimgħa, 27 ta’ Novembru
6.00 Ta’ Xbiex v Otters
7.10 Exiles v Marsaxlokk
8.20 Sirens v San Ġiljan
Is-Sibt, 28 ta’ Novembru
3.00 Marsaskala v Barracudas
4.10 Neptunes v Valletta
5.20 Birżebbuġa v Sliema




