Monday, November 16, 2026
Home Sport Franza tgħaddi għall-kwarti tal-finali tal-UEFA Nations League

Franza tgħaddi għall-kwarti tal-finali tal-UEFA Nations League

0
30

Franza kisbet postha fil-kwarti tal-finali tal-UEFA Nations League wara rebħa ta’ 2-1 fuq it-Turkija, f’Bordeaux.

Wara l-ewwel taqsima mingħajr goals, Franza fetħet l-iskor erba’ minuti mill-bidu tat-tieni taqsima meta d-difensur Tork Emirhan Topcu xeħet il-ballun fix-xibka tiegħu stess.

Franza rdoppjat il-vantaġġ fit-80 minuta permezz tas-sostitut Eli Junior Kroupi, li skorja l-ewwel goal tiegħu mat-team nazzjonali wara assist tajjeb minn Rayan Cherki.

It-Turkija naqqset id-distakk fid-90 minuta permezz ta’ daqqa ta’ ras ta’ Abdulkerim Bardakcı, iżda Franza żammet il-vantaġġ sal-aħħar.

B’din ir-rebħa, Franza temmet il-grupp fl-ewwel post bi 13-il punt.

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here