Meta Malta ddikjarat lill-politiku Ġermaniż Kai-Uwe von Hassel bħala ‘persona non grata’

Aqra wkoll

F’Novembru tas-sena 1978, kien tħabbar li Malta ddikjarat li l-politiku Ġermaniż Kai Uwe von Hassel bħala ‘persona non grata’.  Dak inhar fir-rapport kien intqal hekk: “Il-politiku Ġermaniż Kai Uwe von Hassel ġie dikjarat ‘persona non grata’  mill-Gvern Malti, qalet stqarrija mill-Unjoni Ewropea Demokristjana.

Von Hassel kien għadu kif wasal f’Malta ftit sigħat qabel. Kien intqal fil-ġurnali li “Kai Uwe von Hassel, il-politikan Demokristjan Ġermaniż li wasal illum bħala l-mistieden tal-Partit Nazzjonalista, kien il-bniedem li xi xhur ilu beda jħeġġeġ biex l-Ewropa tagħmel bojkott, ekonomiku, u kummerċjali kontra Malta.  F’April li għadda, l-gazzetta Kattolika tal-Belt ta’ Wurzburg ‘Deutsche Tagenpost, kienet xandret kliem von Hassel, eks fizzjal fl-Armata Nażista, dwar Malta.  Hu kien ġie rapport li qal li fi żmien sena Malta kienet se tkeċċi l-qawwiet Ingliżi u qal li ’n-Nato se titlef bażi strateġika importanti”. 

Von Hassel  kien tkellem ukoll dwar ir-relazzjonijiet ta’ Malta mal-pajjiżi Għarab u qal li “fil-qalba ta’ Valletta quddiem il-Parlament, il-Libja tirrappreżenta ruħha fil-miftuħ b’Istitut Kulturali.  Taħt dawn iċ-ċirkostanzi, il-Komunità Ewropea, jkollha tikkonsidra jekk l-ekonomija Maltija għandhiex tiġi ristretta”.  Waqt li qal dan Von Hassel donnu ma’ indunax li bieb ma’ bieb mal-Istitut Kulturali Libjan hemm l-Istitut Kulturali Taljan.

Ta’ min jgħid li Von Hassel kien twieled fl-Afrika tal-avant fi żmien il-kolonjaliżmu sfrenat ta’ l-Ewropa fuq l-Afrika. L-Afrika tal-Lvant, fejn missier von Hassel kellu r-raba’ tal-gomma u l-kafe, kienet parti mill-Imperu Ġermaniż tal-Kaiser u min jistudja l-istorja jaf b’liema mod il-bojod fl-Afrika tal-Lvant u kull parti oħra tal-Afrika ittrattaw lin-nies tal-post li ma kienux għajr skjavi. Fl-1910 kien ġie mkeċċi mill-Afrika tal-Lvant u fl-1935 mar lura f’dan il-pajjiż bħala ‘merchant planner’, sid ir-raba’ li kienet imħaddma minn nies tal-post fl-agħar kundizzjonijiet tax-xogħol. Meta waslet it-Tieni Gwerra Dinijia von Hassel ġie deportat lura lejn pajjiżu l-Ġermanja u minnufih daħal fl-Armata Nażista fejn serva għal ħames snin. Wara l-gwerra għamel karriera politika.

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here

Sport