Saturday, November 16, 2024

Gradwati jistgħu jaqilgħu sa €1.5 miljun iktar minn dawk li jieqfu sas-sekondarja

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Waqt diskors parlamentari aktar kmieni din il-ġimgħa, il-Ministru għall-Finanzi u x-Xogħol Clyde Caruana kkwota diversi ċifri relatati mad-dekasteru tiegħu.

Caruana qabbel persuna li jieqaf sas-sekondarja u xi ħadd li saħansitra jibqa’ jikber sa Masters. Huwa qal li f’ammont ta’ flus, id-differenza bejn it-tnejn tista’ tkun ta’ miljun u nofs fuq medda ta’ 40 sena. Huwa qal li dan kollu jista’ jintlaħaq b’differenza ta’ 6 snin differenza ta’ studju. Ovjament huwa qal li bejn koppja imbagħad id-differenza tista’ tkun ta’ €3 miljun. 

“Dejjem nisħaq li fiskalment irridu nkunu prudenti, imma x-xogħol iġib id-differenza fil-ħajja tal-bniedem. Irridu nattakkaw din l-isfida li mhix kwistjoni ta’ gvern biss. Inutli nitfgħu aktar flus. Li jkollok familji li grazzi għall-ħiliet tagħhom jirnexxielhom jottjenu dan kollu, din iż-żieda kollha fid-dħul, iwassal għal pajjiż iktar sinjur grazzi għal xogħol ta’ kwalità akbar f’dan il-pajjiż”, tenna Caruana filwaqt li kompla jsostni dwar l-iżvilupp ekonomiku li jara li n-nies jaqilgħu ħafna iktar u jaħdmu  anqas. 

Ekonomija

Sport