Il-manager ta’ Brighton & Hove Albion, Graham Potter, qabel li jsir il-manager il-ġdid ta’ Chelsea.
Il-manager Ingliż malajr ħareġ bħala l-favorit għall-kariga vakanti fi Stamford Bridge wara li l-Erbgħa filgħodu Chelsea b’mod sorprendenti keċċew lill-coach rebbieħ taċ-Champions League, Thomas Tuchel.
Il-Blues huma mifhum li semmew ukoll lil Mauricio Pochettino, iżda Potter kien l-ewwel għażla tagħhom u huwa mifhumli t-taħditiet bejn iż-żewġ partijiet ġew konklużi.
“Aħna ninsabu ferħanin li nġibu lil Graham ma’ Chelsea,” qal iċ-chairman tal-club minn Stamford Bridge Todd Boehly.
“Huwa coach ta’ esperjenza u innovatur fil-Premier League li jaqbel mal-viżjoni tagħna għall-club.”
“Mhux biss huwa talent kbir fil-ground, iżda għandu ħiliet u kapaċitajiet li jestendu lil hinn mill-ground li jagħmlu lil Chelsea club ta’ aktar suċċess.”
“Hu kellu impatt kbir mal-clubs preċedenti tiegħu u nistennew bil-ħerqa l-impatt pożittiv tiegħu ma’ Chelsea.”