Tuesday, April 30, 2024

Jibda l-ittestjar b’xejn u kunfidenzjali tal-HIV fil-komunità 

Aqra wkoll

Checkpoint Malta, f’kollaborazzjoni mal-GU clinic, HIV Malta u Sexual Health Malta, se jkunu qed jorganizzaw numru ta sessjonijiet offruti mill-komunità biex jittestjaw għall-HIV f’Malta u f’Għawdex. L-ittestjar se jsir b’xejn, b’mod kunfidenzjali u r–riżultat jingħata dakinhar stess. 

L-ewwel data tal-ittestjar kienet nhar it-Tlieta li għadda,  fiċ-Ċentru tal-Voluntiera l-Belt Valletta, fi żmien ta’ Malta Pride. Wara l-ewwel sessjoni, it-tieni waħda se ssir fil-JAM Project fir-Rabat Għawdex nhar il-15 ta’ Settembru 2022. 

Is-sessjonijiet tal-ittestjar se jseħħu darba f’xahar nhar tat-Tlieta fil-Belt Valletta (Malta) u darba f’xahar nhar ta’ Ħamis ir-Rabat (Għawdex ) mill-5.00 p.m. sad-9.00 p.m. u se jkunu bl-appuntament biss. Minħabba li l-postijiet huma limitati, dawk  interessati għandhom jibagħtu e-mail lil [email protected] minn qabel is-sessjoni. 

L-ittestjar se jsir minn voluntiera mħarrġa u  mhux diskriminatorji, fi spazji siguri, ibbażati fil-komunità u r-riżultati se jingħataw wara 20 minuta. Fejn meħtieġ, se jsiru referenzi fast-track għall-klinika. 

Għal aktar informazzjoni dwar l-ittestjar, żuru l-paġna ta’ Checkpoint Malta fuq Facebook. 

Sport