Monday, May 13, 2024

Ġrajjietna: Dramm li jirrifletti fuq il-ħajja preżenti u dik tal-passat

Aqra wkoll

Il-Hadd 10 ta’ Marzu Il-Kunsill Lokali ta’ Sannat ippreżenta Ġrajjietna, dramm attwali ta’ Patri Ġwann Abela OFM, fil- wesgħa li toffri ambjent naturali fl-inħawi fi triq il-Gruwa Sannat. 

Matul dan id-dramm dawk preżenti setgħu jirriflettu ftit fuq il-ħajja preżenti ma’ dik tal-passat, fejn waqt iċ-ċena li kellu Kristu ma l-appostli rajna familja waqt l-ikla regorali tagħhom fejn l-ulied ilkoll jordnaw ikel differenti.

Riitratt: Joe Grech

Xena oħra kienet dik li waqt l-proċess ta’ Ġesù quddiem Ponzju Pilatu, kien hemm żagħżagħ jiġġieldu bejniethom, oħrajn jixxalaw, b’uħud bid-droga u oħra b’dibattiti bejn il-partiti politiċi. 

Pero’ l-aktar xena li laqtet li dawk preżenti kienet dik ta’ Kristu imsallab u li ftit l-isfel mis-salib kien hemm omm b’binha mejjet f’ħoġorha permess tad-droga. B’dan kollu, dawk prezenti setgħu jifhmu aktar l-isfidi moderni li qed toffrilna il-ħajja tal-lum x’inhuma u b’hekk setgħu jidħlu aktar fl-ispirtu tar-Randan u l-festi li ninsabu fihom.

Ritratt: Joe Grech

Biex seta’ jittella dan id-dramm kienet meħtieġa l-għajnuna mid-Direttorat Għall-Wirt Kulturali fi ħdan il-Ministeru Għal-Għawdex u l-Ippjanar flimkien ma ħafna xogħol mil-komunita Sannatija fejn ħadu sehem diversi atturi lokali b’direzzjoni artistika ta’ George Mizzi u produzzjoni tas-sindku Philip Vella. 

Sport