Monday, December 23, 2024

Granit Xhaka mistenni jkun barra mill-azzjoni għat-tliet xhur li ġejjin

Aqra wkoll

Arsenal ikkonfermaw li Granit Xhaka mistenni jkun barra mill-azzjoni għat-tliet xhur li ġejjin wara li sofra injury “sinifikanti” fl-irkoppa kontra Tottenham Hotspur.

Il-player ta’ 29 sena rritorna fil-formazzjoni tal-bidu għall-Gunners għad-derby ta’ Londra wara li serva sospensjoni ta’ tliet partiti u lagħab 82 minuta minn dik ir-rebħa ta’ 3-1 qabel ma sofra l-injury.

Il-Gunners issa żvelaw li l-captain Svizzeru qed jiffaċċja perjodu twil ta’ rijabilitazzjoni.

Aġġornament mediku fuq arsenal.com qal li: “Minbarra li weġġa’ l-irkoppa tal-lemin waqt il-partita tal-Ħadd kontra Tottenham Hotspur, valutazzjonijiet u scans ikkonfermaw li Granit Xhaka sofra injuries sinifikanti fil-ligament tal-irkoppa.”.

“Saret konsultazzjoni speċjalizzata f’Londra nhar it-Tlieta filgħaxija li ddeterminat li Granit ma jeħtieġx operazzjoni. Il-programm ta’ rkupru u riabilitazzjoni ta’ Granit se jibda immedjatament u qed nimmiraw li jkun lura fl-azzjoni f’madwar tliet xhur.”

Xhaka għalhekk huwa mistenni li jitlef il-konfronti ma’ Liverpool u Manchester United qabel l-aħħar tas-sena u qed jiġġieled biex ikun tajjeb għall-konfront tal-Ewwel tas-Sena kontra Manchester City.

Ekonomija

Sport