Diversi persuni għamlu kuntatt ma’ talk.mt dwar daħna kbira sewda li tidher tiela’ lejn l-inħawi ta’ San Ġiljan.
Fil-fatt il-Protezzjoni Ċivili kienu msejħa biex jikkontrollaw nirien li kien hemm f’għalqa f’Wied Għomor.
Issa li d-dinja tibda tisħon u jkun hemm ħafna ħaxix niexef l-għelieqi, hu ħafna faċli li jibda jieħu n-nar. Għalhekk l-appell hu biex min għandu għelieqi dejjem jieħu ħsieb li ma jħallix periklu.