Saturday, May 18, 2024

Il-flotta tal-ORC European Championships tlesti l-Long Offshore Race

Aqra wkoll

Mill-bidu tat-tellieqa, tard filgħodu tal-bieraħ, il-flotta ta’ 38 jottijiet li jirrapreżentaw 11-il pajjiż esperjenzat diversi kundizzjonijiet f’dak li kienu kundizzjonijiet ta’ sfida għal-kompetituri.  Co-ospitati mir-Royal Malta Yacht Club u Yachting Malta, il-ħinijiet li għaddew varjaw minn 19:41:46 għar-rebbieħ tal-Klassi A, it-TP 52 BEAU GESTE ta’ Karl Kwok (HKG) li kkompetiet fuq korsa ta’186 mil nawtiku, sa l-Arcona 380 KIBOKO TATU ta’ George Greer (USA) ut-tim tiegħu mill-iSveżja li spiċċat il-151 mil nawtiku  fi kważi 29 siegħa.

Ir-riżultati huma pubblikati f’ħin ikkoreġut bl-użu tal-mudell ta’ punteġġ ORC PCS All-Purpose, u għall-Klassi A BEAU GESTE kien ir-rebbieħ ċar fuq l-iSwan 45 BLUE SKY ta’ Claudio Terrieri (ITA) b’aktar minn 2.5 sigħat. Fit-tielet post fi Klassi A kien il-jott Malti tal-aħwa Aaron, Maya u Christoph Podesta, il-First 45  ELUSIVE II.

“Kellna x-xorti tajba li konna veloċi biżżejjed biex nevitaw xi wħud mit-toqob ta’ tranżizzjoni fir-riħ li ħassew ir-rivali tagħna,” qal Gavin Brady tal-jott BEAU GESTE. “Is-sistema ORC hija waħda li napprezzaw għax hija ġusta għad-dgħajjes kollha. Dan jfisser li rridu ntellqu b’mod iebes biex ma nitilfux kontra l-oħrajn fil-ħin ikkoreġut. Din it-tellieqa kienet sfida sinifikanti, b’kull kundizzjoni possibbli: arja ħafifa, arja tqila, baħar ċatt u baħar b’imbatt qawwi.”

L-ewwel li spiċċa fi Klassi B kien il-Club Swan 42 BE WILD ta’ Renzo Grottesi (ITA), inqas minn 13-il minuta qabel it-tim li rebaħ il-midalja tal-Bronz tal-Klassi B Worlds 2022 mill-Estonja, KATARIINA II ta’ Aivar Tuulberg, li huwa wkoll Club Swan 42. Enrico Zennaro, tal-jott Be Wild tenna l-punti li rebħu Beau Geste joffru sfida għall-flotta.  .

Iżda ż-żewġ jottijiet Swan iżda ġew megħluba mill-jott Grand Soleil 44P Pollakk ta’ Marcin Sutkowski (WINDWHISPER 44 li rebaħ fil-ħin korrett b’distakk ta’ 30 minuta fuq BE WILD.

Fi Klassi C il-flotta baħħret rotta iqsar ta’ 140 mil u spiċċat sew qabel id-dgħajjes tal-Klassi A u tal-Klassi B, b’Vincenzo De Blasio (ITA) Italia 11.98 SCUGNIZZA jieħu r-rebħa. Iċ-Champion tad-Dinja renjanti tal-Klassi C, l-jott Italia 11.98 SUGAR 3 ta’ Ott Kikkas (EST) kien inqas minn 8 minuti lura, filwaqt li fit-tielet post kien hemm M37 HEBE V ta’ Jakoubek Zdenek (CZE).

“Din kienet l-aktar tellieqa divertenti,” qal Zdenek. “Għamilt 4 Rolex Middle Sea Races, u l-kundizzjonijiet lil hinn mix-xtut ta’hawnhekk dejjem joffru sfida, iżda ħadna pjaċir ħafna li nkunu fil-baħar, partikolarment bil-lejl,  taħt l-istilel. Hu dejjem ta’ pjaċir li nżuru Malta. Din kienet tellieqa tajba għalina biex nibdew il-kampjonat kontra kompetizzjoni iebsa ħafna.”

Il-Ġimgħa, 28ta’ April jerġgħu jibdew it-tlielaq bil-fażi li jmiss tal-programm: sa tliet tiġrijiet viċin tax-xatt fuq żewġ korsijiet lejn il-Lvant tal-Belt Valletta.

Għal aktar informazzjoni dwar il-Kampjonat Ewropew ORC 2023, żur https://orceuro2023.com.

Ir-riżultati tat-tellieqa se jitpoġġew fuq https://orceuro2023.com/results.

Il-Kampjonati Ewropej ORC 2023 qed jiġu appoġġjati minn Yachting Malta, Visit Malta, il-Kunsill Lokali Ta’ Xbiex, il-Kunsill Reġjonali tal-Lvant bħala parti mill-attivitajiet tiegħu għar-Reġjun Ewropew tal-Isport 2023 u Heineken.

Sport