Friday, May 3, 2024

Imut Jerry Springer fl-eta ta’ 79 sena

Aqra wkoll

Tħabbret il-mewt tal-preżentatur Jerry Springer li għal snin sħaħ kien imexxi l-programm tant popolari The Jerry Springer Show.

Il-preżentatur miet fid-dar tiegħu fil-belt ta’ Chicago. L-aġenziji tal-aħbarijiet internazzjonali qegħdin jirrapportaw il-mewt ta’ dan il-preżentatur li wettaq suċċessi kbar fil-karriera tiegħu.

Fil-karriera tiegħu Jerry daħal f’diversi kontroversji l-aktar minħabba kliem u xeni li kienu jidhru fil-programm tiegħu, pero l-udjenzi li kellu kienu kbar ħafna.

Kien f’Ottubru li għadda li Springer beda l-verżjoni Amerikana ta’ The Masked Singer li kienet l-aħħar dehra tiegħu fuq it-televiżjoni.

Hu twieled f’Londra fl-1944 lil familja Lhudija li kellha taħrab mill-Ġermanja minħabba l-gwerra. Hu baqa’ jgħix hemm għal diversi fir-Renju Unit u wara telaq lejn l-Istati Uniti.

Sport