Sunday, December 22, 2024

GRAZZI! Jinġabru €5,845,000 fis-26 edizzjoni ta’ L-ISTRINA

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Is-somma li nġabret sa tmiem is-26 edizzjoni tax-xandira annwali ta’ ġbir tal-fondi ‘L-Istrina’, organizzata minn The Malta Community Chest Fund Foundation nhar il-Ħadd, is-26 ta’ Diċembru 2021, kienet ta’ ’l fuq minn €5,845,000 miljun, bid-donazzjonjiet jibqgħu deħlin anki wara li ntemmet ix-xandira. Is-sena l-oħra, is-somma miġbura kienet ta’ ftit aktar minn €5.5 miljun. Din kienet it-tieni edizzjoni li saret waqt il-pandemija; il-President u s-Sra Vella pparteċipaw virtwalment mill-Palazz ta’ Sant’Anton fejn jinsabu kwarantina.

Fi tmiem ix-xandira l-President ta’ Malta, George Vella, irringrazzja lil kull min ta donazzjoni u lil kull min kellu x’jaqsam mal-organizzazzjoni u t-tmexxija ta’ ‘L-Istrina’, li ddeskrivieha bħala “prova li l-Malti, meta jiġi għas-solidarjetà rigward mard, ma jarax uċuħ u ma jarax kuluri, u jagħti dak kollu li jista’.” Huwa esprima t-tama tiegħu li l-għaqda li ntweriet bejn in-nies f’din il-ġurnata tibqa’ tintwera tul il-bqija tas-sena.

Għat-tħabbir tas-somma miġbura kien hemm preżenti ċ-Chairman tal-Bord Amministrattiv tal-Community Chest Fund, John Huber, li rringrazzja lin-nies talli rrispondew bi ħġarhom għall-appell tal-Fondazzjoni.

Il-maratona ta’ 12-il siegħa xxandret fuq l-istazzjonijiet televiżivi nazzjonali kollha. Il-linji tad-donazzjonijiet se jibqgħu miftuħin u l-pubbliku huwa mistieden ikompli jagħmel id-donazzjonijiet tiegħu fuq dawn in-numri: 5190 2030 – €50; 5180 2012 – €25, 21262626 – wegħdiet ta’ donazzjonijiet ta’ €300 jew aktar; 5061 9201 (SMS) – €11.65; 7935 9565 – BOV Mobile Pay.

Ekonomija

Sport