Iż-żjara ta’ Papa Franġisku fil-Laboratorju tal-Paċi m’hemm ebda dubju li kienet l-akbar avveniment għal Papa Franġisku. L-aktar avveniment li hu stess kien qed jistennieh. Tant li dam ħafna aktar minn kemm kien previst li jagħmel f’dan il-post. Dan ma seħħx b’kumbinazzjoni. Seħħ għax f’dan il-post il-Papa ra kif l-immigranti qed jingħataw id-dinjità. F’dan il-post l-indifferenza ma’ teżistix. Dan hu post sempliċi għall-aħħar, ma jeżistux xinxilli, imma fih hemm il-paċi. Hemm is-sustanza. Tgħid kull tip ta’ differenza. Fuq kollox dan hu l-post li fih tara li biex verament wieħed jagħmel il-ġustizzja soċjali irid tgħix ma’ min ibati”.
Fid-diskors li l-Papa Franġisku għamel nhar il-Ħadd fil-Laboratorju tal-Paċi qabel temm iż-żjara f’pajjiżna, proprju fil-bidu tad-diskors, jirringrazzja lil Patri Dijonisju Mintoff, il-fundatur tal-Laboratorju tal-Paċi. Fid-diskors tiegħu l-Papa Franġisku jiddikjara ukoll li “għandna ngħidu “grazzi” kbira lil min aċċetta din l-isfida hawn f’Malta u ta l-ħajja lil dan iċ-Ċentru. Ejjew nagħmlu dan b’applaws!”.
Fid-diskors tiegħu l-Papa Franġisku jgħid li “insellmilkom minn qalbi; kemm inħossni kuntent li qed nagħlaq iż-żjara tiegħi f’Malta bi ftit ħin magħkom! Inrodd ħajr lil Patri Djonisju għall-akkoljenza tiegħu; u fuq kollox jiena grat lejn Daniel u Siriman għax-xhieda tagħhom: ftaħtulna qlubkom u ħajjitkom, u fl-istess waqt kontu leħen għal tant aħwa, li jkollhom iħallu pajjiżhom biex ifittxu kenn żgur. Kif għidt xi xhur ilu f’Lesbos, “ġejt hawn biex ngħidilkom li ninsab qrib tagħkom. Ninsab hawn biex nara l-uċuħ tagħkom, biex inħares f’għajnejkom”. Sa minn dakinhar li mort Lampedusa, qatt ma nsejtkom. Inġorrkom dejjem f’qalbi u intom dejjem preżenti fit-talb tiegħi.”