Sunday, May 19, 2024

Il-priġunieri fil-ħabsijiet Ewropej naqsu fi żmien il-pandemija

Aqra wkoll

Globalment, minn Jannar 2020 għal Jannar 2021, l-ammont ta’ ħabsin fl-Ewropa naqas b’5.3% (minn 90.2% għal 85.4%). Dan kien ikkonfermat illum fi stqarrija uffiċjali mill-Kunsill Ewropew, fejn irriżulta li l-pandemija tal-COVID-19 għenet sabiex jonqos l-ammont ta’ priġunieri fil-ħabsijiet Ewropej.

Ir-raġunijiet prinċipali li wasslu għal dan it-tnaqqis kienu: (i) tnaqqis fir-reati minħabba li n-nies bdew jibqgħu iżjed miġburin f’darhom, (ii) id-dewmien fil-proċessi tal-qrati, (iii) pajjiżi li adottaw skemi ta’ ħelsien ta’ priġunieri sabiex jipprevjenu jew inaqqsu t-tixrid tal-COVID-19.

Skont it-tqabbil li sar tas-snin 2020 u 2021 minn 48 ħabs f’pajjiżi differenti, ir-rata ta’ priġunieri fuq popolazzjoni ta’ 100,000 ruħ naqset minn 104.3% għal 101.9%. Mill-2020 għall-2021, ir-rata ta’ priġunieri naqset l-iżjed f’Ċipru, il-Montenegro u s-Slovenja. Min-naħa l-oħra, ir-rata żdiedet l-iktar fl-Iżvezja, ir-Rumanija u l-Maċedonja ta’ Fuq. Dan filwaqt li l-iktar tliet pajjiżi li kellhom l-ogħla rata ta’ priġunieri fil-31 ta’ Jannar 2021 huma r-Russja, it-Turkija, il-Ġeorġja.

Ir-restrizzjonijiet imposti fuq il-ħabsin fir-rigward tal-COVID-19 — fosthom il-fatt li beda jiġi evitat xogħol f’istituzzjonijiet ‘il barra mill-ħabs — dan x’aktarx jista’ jispjega r-raġuni għala kien hemm tnaqqis sinjifikanti fin-numru ta’ priġunieri li jaħarbu mill-ħabs; minn rata ta’ 8.2% fl-2019 għal 2.2% fl-2020.

Sport