“GRAZZI Rose tax-xogħol kbir li għamilt b’risq il-Komunita’ Bormliża. Żgur li bħal dan iż-żmien jinħass in-nuqqas tiegħek mix-xogħol fuq il-platti tar-ross u l-melħ għal wirja tal-Passjoni li tittella’ d-Domus”
Dan iddikjaratu l-President Emmeritus Marie Louise Coleiro Preca permezz ta’ messaġġ fuq il-mezzi soċjali.
Coleiro Preca spejgat li l-ġimgħa li għaddiet żaret lil Rose Caruana li ħadmet ħafna għal Bormla. Qalet li minkejja li llum tieħu ħsiebha bintha Noleen, għadha taħseb kif tista’ tgħin lin-nies.



