Monday, December 23, 2024

Great Barrier Reef: L-Awstralja tikkonferma avveniment ieħor kbir ta’ bleaching

Aqra wkoll

Il-Great Barrier Reef tal-Awstralja reġgħet intlaqtet minn avveniment kbir ieħor ta’ bleaching. Din kienet ir-raba’ darba f’sitt snin li din l-ekosistema unika ntlaqtet minn ħsara kbira ħafna kkawżata minn tisħin tal-baħar – riżultat tat-tibdil fil-klima. 

Is-sitwazzjoni f’din iż-żona jidher li qiegħda kulma jmur tiggrava. Tant hu hekk li sal-2016 kienu rrapportati biss żewġ każi ta’ bleaching fuq skala daqshekk kbira.

Fid-dawl ta’ dan kollu, ix-xjentisti qegħdin iħeġġu għal azzjoni urgeni dwar it-tibdil fil-klima jekk irridu li din l-ekosistema – li hija l-ikbar waħda fid-dinja tax-xorta tagħha – tibqa’ teżisti. 

Riċentament ix-xjentisti li kienu qed jeżaminaw l-ilma f’din il-parti tal-Awstralja qalu li f’partijiet tas-sikka it-temperatura tal-baħar hija ta’ saħansitra 4C iktar mill-medja li suppost tkun f’Marzu. 

Il-Great Barrier Reef tal-Awstralja hija mifruxa fuq medda ta’ 2,300 kilometru u hija waħda mill-iktar ekosistemi li hawn fid-dinja.

Il-bleaching iseħħ meta koralli li jkunu taħt stress jirriġettaw l-algae li jkun jgħix fihom – li jagħtihom l-kulur u l-ħajja – u b’hekk dawn isiru bojod. Dawn il-koralli jirkupraw biss jekk il-kundizzjonijiet jippermettu. 

Ekonomija

Sport