Tuesday, April 30, 2024

Il-voti mhux miġburin… Distretti tradizzjonalment tal-PN l-aktar milqutin

Victor Vella
Victor Vella
Ġurnalist

Aqra wkoll

L-ammont ta’ voti mhux miġburin għall-votazzjoni fl-elezzjoni ġenerali  li se ssir illum ammontaw għal xejn inqas minn 14,473. Dan ifisser 6,101 vot aktar mhux miġburin meta mqabbel ma’ kemm ma kinux inġabru għall-elezzjoni ġenerali tas-sena 2017.  Wieħed irid jirrimarka li f’din l-elezzjoni għall-ewwel darba għandek il-vot għaż-żgħażagħ ta’  16 u 17-il sena, fejn l-ammont ta’ votanti reġistrati hu ta’ kważi 13,040 aktar mill-elezzjoni ġenerali li saret fis-sena 2017.  Jekk wieħed janalizza l-ammont ta’ voti mhux miġburin, wieħed jara li l-aktar żewġ distretti li minnhom ma nġabrux voti huma distretti tradizzjonament b’maġġoranza favur il-Partit Nazzjonalista. Filfatt huma it-12 u l-10 distrett li kellhom l-akbar ammont ta’ voti mhux miġburin. Din ix-xejra kienet seħħet ukoll fl-elezzjoni ġenerali tas-sena 2017 fejn dakinhar kienu l-10 u t-12-il Distrett li ukoll kellhom l-akbar ammont ta’ voti mhux miġburin.

Jekk nieħdu it-12-il Distrett, li jiġbor fih il-Mellieħa, in-Naxxar u San Pawl il-Baħar, naraw li hemmhekk għandek l-akbar ammont ta’ voti mhux miġburin b’persentaġġ ta’ 9 fil-mija jew 2,529 vot. Warajh jiġi l-10 Distrett, li jinkludi fih parti minn Naxxar, Baħar iċ-Ċagħaq, Pembroke, San Ġiljan, Paceville u Tas-Sliema, fejn minn dan id-distrett l-ammont ta’ voti mhux miġburin hu ta’ 7 fil-mija jew 1,876 vot. 

Osservatur li tkellem ma’ Talk.mt qalilna li “jekk wieħed jara l-ammont ta’ voti mhux miġburin, se jara xejra ċara ħafna bl-ammont ta’ voti mhux miġburin jispikka f’distretti li tradizzjonament huma Nazzjonalisti, jiġifieri l-10 u t-12-il distrett.  Interessanti hu l-fatt ukoll li imbagħad għandek it-13-il Distrett u anke id-Disa’ Distrett li ukoll kellhom ammont sostanzjali ta’ voti mhux miġburin. Dan ġara ukoll fl-elezzjoni ġenerali tas-sena 2017, fejn dawn iż-żewġ distretti kellhom l-akbar ammont ta’ voti mhux miġburin wara it-12 u l-10 Distrett.   Jista’ jkun hemm diversi fatturi għaliex seħħ dan. Fost dawn hemm il-fattur tal-vot ta’ żgħażagħ li għandhom 16 u 17-il sena, fejn mhux eskluż li seta’ kien hemm ammont minnhom li ma jħossuhomx interessanti fil-politika u għalhekk li jmorru jivvutaw.”

5,782 vot aktar mhux miġburin…meta tqabbel mal-votanti reġistrati fl-2017 u l-2022

L-istess analista qalilna li “jekk tipprova tara ix-xejra fil-voti mhux miġburin u tqabbel l-elezzjoni ġenerali tas-sena 2017 ma’ dik ta’ issa, issib li l-ammont ta’ voti mhux miġburin għal din l-elezzjoni huma ferm akbar. Jekk tieħu x-xejra tas-sena 2017  fl-ammont ta’ voti mhux miġburin issib li minn 341,856 votant eleġibbli, kien hemm 8,372 ma ġabrux il-vot. Issa din is-sena għandek 13,000 vot aktar, fejn dawk reġistrati li jivvutaw hu ta’ 354,896 votant. Dan ifisser li bl-istess xejra tas-sena 2017, l-ammont ta’ voti mhux miġburin kellu jkun ta’ 8,691 vot.  Dan iżda din id-darba kien ta’ 14,473 vot mhux miġbur u allura, hemm 5,782 vot aktar mhux miġbur.”

Sport