Wednesday, May 1, 2024

Ma nġabrux 14,473 vot għall-elezzjoni ġenerali 2022     

Victor Vella
Victor Vella
Ġurnalist

Aqra wkoll

L-1  Distrett:  (Il-Belt Valletta, il-Floriana, il-Ħamrun, il-Marsa, tal-Pietà, Gwardamanġa (Tal-Pietà) u Santa Venera kien hemm  1052  vot mhux mibġur jew 4.10 fil-mija.

It-2  Distrett:  I-Birgu, l-Isla, Bormla, Ħaż-Żabbar, St Peter’s (Ħaż-Żabbar), Fgura (parti), l-Kalkara, ix-Xgħajra kien hemm 858 vot mhux miġbur jew 3.20 fil-mija.

It-3  Distrett:  Iż-Żejtun, Ħal Għaxaq, Marsaskala, Marsaxlokk kien hemm 1,110  vot mhux miġbur jew 4 fil-mija.                 

Ir-4  Distrett:  Il-Fgura (parti), il-Gudja, Raħal Ġdid, Santa Luċija, Ħal Tarxien kien hemm 746 vot mhux miġbur jew 2.8 fil-mija.

Il-5 Distrett: Birżebbuġa, l-Imqabba, Ħal Farruġ (Ħal Luqa), il-Qrendi, Ħal Safi

iż-Żurrieq, Bubaqra (Iż-Żurrieq) kien hemm 694 vot mhux miġbur jew 2.6 fil-mija.                    

Is-6  Distrett: Ħal Qormi, is-Siġġiewi, Ħal Luqa, Ħaż-Żebbuġ (parti) kien hemm 557 vot mhux miġbur jew 2 fil-mija.                    

Is-7  Distrett:  Ħaż-Żebbuġ (Malta), Ħad Dingli, l-Imġarr, -Imtarfa, ir-Rabat (Malta), il-Baħrija (Ir-Rabat – Malta), Tal-Virtù (Ir-Rabat – Malta) kien hemm 693  vot mhux miġburin jew 2.5 fil-mija.                   

It-8 Distrett:  Ħal Balzan, Birkirkara, Fleur-de-Lys (Birkirkara), is-Swatar (Birkirkara), l-Iklin u Ħal Lija  kien hemm 822 vot mhux miġburin jew 3.10 fil-mija.                   

Id-9 Distrett: L-Imsida, is-Swatar (L-Imsida), San Ġwann, Kappara (San Ġwann), Swieqi, Madliena (Is-Swieqi) u Ta’ Xbiex, l-ammont ta’ voti mhux miġburin kien ta’ 1,255 jew 4.8 fil-mija.                  

L-10 Distrett: Naxxar (parti), Baħar iċ-Ċagħaq (Naxxar), Pembroke, San Ġiljan, Paceville (San Ġiljan) u Tas-Sliema  l-ammont ta’ voti mhux miġburin kien ta’ 1,876 vot jew 7 fil-mija.                   

Il-11-il Distrett: Ħ’Attard, il-Mosta, l-Imdina u Burmarrad  kien hemm 839 vot mhux miġburin jew 3.10 fil-mija                   

It-12-il Distrett: Il-Mellieħa, in-Naxxar u San Pawl il-Baħar kien hemm 2,529 vot mhux miġbur jew 9 fil-mija.

It-13-il Distrett:  Għawdex u Kemmuna kien hemm 1,442 vot li ma nġabarx jew 4.7 fil-mija.                 

Ma nġabrux 8,372 vot fl-elezzjoni ġenerali tas-sena 2017                      

L-1 Distrett        622

It-2 Distrett        437

It-3 Distrett        553

Ir-4 Distrett        367

Il-5 Distrett        402

Is-6 Distrett       257

Is-7 Distrett       398

It-8 Distrett        492

Id-9 Distrett       709

L-10 Distrett      1,138

II-11-il Distrett      479

It-12-il Distrett  1,634

It-13-il Distrett     884

Sport