Monday, November 18, 2024

Grech iħabbar attività tal-massa għall-1 ta’ Mejju

Aqra wkoll

Fl-1 ta’ Mejju, il-Partit Nazzjonalista se jorganizza attività tal-massa bi protesta. Ħabbar dan il-Kap tal-Oppożizzjoni Bernard Grech waqt intervista fuq Net FM.

Grech reġa’ tenna li l-Prim Ministru huwa dgħajjef u qal li, il-Partit Nazzjonalista jrid jagħti s-saħħa lill-ħaddiem. Sostna li l-Partit immexxi minnu se jkun qed jiċċelebra kif jixraq lill-ħaddiem, b’politika favur l-impjegati, l-imprendituri u anke l-istudenti.

Huwa tkellem dwar diversi attivitajiet li jilħqu l-qofol fl-ewwel ta’ Mejju meta pajjiżna jfakkar id-19-il sena mis-sħubija fl-Unjoni Ewropea.

Waqt l-intervista Grech reġa’ tkellem dwar it-talba ta’ omm JeanPaul Sofia u x-xewqa tagħha li l-ebda ġenitur ma jgħaddi mill-istess tbatija.

Grech tkellem ukoll dwar id-deċiżjoni tal-Qorti rigward il-konċessjoni tal-Isptarijiet u tenna jappella lill-Prim Ministru biex jiftaħ kawża lil Stewards biex dak li hu tal-poplu jingħata lura lilu.

Ekonomija

Sport