Saturday, December 21, 2024

Grech irid iwaqqa’ l-Kwartieri u jagħmlu ODZ… “Agħmlulna pjaċir u lanqas b’ċajta tgħiduhiex”

Aqra wkoll

Waqt attività politika fil-Mosta bit-tema ‘Malta Flimkien’, il-Ministru għat-Trasport, l-Infrastruttura u l-Proġetti Kapitali qal li dak li jwiegħed il-Partit Laburista jrid iżommu u hekk għamlu.

“Aħna wara l-elezzjoni nibdew naħdmu biex inwettqu dak li għednilkom,” qal il-Ministru Borg filwaqt li aċċenna għal diversi proġetti ġewwa l-lokalità tal-Mosta. F’dan ir-rigward huwa semma kif dan il-Gvern wettaq proġett f’iktar minn 33 triq residenzjali fil-Mosta biss.

“Intom tafu d-differenza ta’ partit li kull darba li kien fil-gvern investa fin-nies u fil-komunitajiet, u ħaddiehor li joħroġ jiġri jippuubblika il-wegħdiet tiegħu, ma jafhomx, irid ifittex fuq il-mobile qal… u jipprova jdaħħak kull tant. Huma qed iwiegħdu li għall-problema u l-isfidi fit-traffiku jerġgħu jipproponu l-bendy buses… u t-tieni wegħda fejn qalilna li jrid joħloq l-ODZ. Naqbdu l-kwartieri Laburisti qal u nwaqqugħ. Se ssib il-Laburisti hemmhekk biex jipproteġu d-dritt ta’ assoċjazzjoni politika u dik hija d-dar tagħna l-laburisti. Agħmlulna pjaċir, lanqas b’ċajta tgħiduhiex. Ħadd ma daħaklek. Mhux affarijiet denji ta’ min għada pitgħada jrid imexxi lill-poplu kollu,” qal il-Ministru Borg.

Ekonomija

Sport