Sunday, December 22, 2024

Grech jgħid li d-dokumenti tal-PN juru kemm il-Partit “huwa ħaj”

Aqra wkoll

F’intervista li l-Kap tal-Oppożizzjoni Bernard Grech kellu l-Ħadd filgħodu waqt il-programm ‘Analiżi’, ippreżentat minn Julian Borg, fisser kif fl-aħħar xhur il-Partit Nazzjonalista ħareġ għadd ta’ dokumenti li lkoll kemm huma juru kemm il-Partit Nazzjonalista huwa “partit ħaj”.

Id-diskors ta’ Grech kien iddominat minn sensiela ta’ temi li skontu huma nuqqasijiet min-naħa tal-Gvern attwali, fejn infexx f’sensiela ta’ attakki kontra t-tmexxija ta’ Gvern Laburista u saħansitra allega li “l-Gvern abbanduna lill-poplu Malti”.

Huwa ttratta s-sitwazzjoni tat-trasport pubbliku, l-isptarijiet u s-servizzi mediċi, is-saħħa mentali, l-ispazju limitat fil-bajjiet, l-ambjent u l-iskart, l-elettriku, is-servizzi tal-qrati u s-sigurtà, l-għoli tal-ħajja, u l-użu tal-lingwa. Huwa attribwixxa dawn is-suġġġetti bħala l-problemi li qed jaffaċċja Gvern Laburista u qal li l-għerq ta’ dawn il-problemi huwa ż-żieda tal-popolazzjoni li ra pajjiżna f’dawn l-aħħar snin.

Għalhekk spjega li Malta teħtieġ “Gvern Nazzjonalista differenti, immexxi minni, b’viżjoni li nrażżnu l-popolazzjoni f’pajjiżna”.

Il-Kap tal-Oppożizzjoni tkellem ukoll dwar l-impenn ta’ mudell ekonomiku ġdid fejn qal li bħala Partit “Dejjem ħarisna lejn in-negozju bħala parti integrali mill-politika li hemm bżonn biex wieħed jibqa’ jinvesti u l-pajjiż jibqa’ miexi ‘l quddiem”.

Ekonomija

Sport