Sunday, December 22, 2024

Grech jgħid li f’idejna għandna ċ-ċavetta biex niftħu bieb ta’ opportunitajiet b’vot lill-PN

Aqra wkoll

Waqt li tkellem minn ġewwa l-lokalità ta’ Ħal Qormi, il-Kap tal-Partit Nazzjonalita Bernard Grech qal: “F’idejk għandek iċ-ċavetta li jiftaħ bieb ta’ opportunitajiet kbar. Użah biex il-Partit Nazzjonalista jkun jista’ jwettaq programm li jiftaħlek opportunitajiet kbar.” 

“B’umiltà nitlob il-vot tiegħek, mhux biss lilek li int Nazzjonalist. Inutli tgħid li dan il-pajjiż għandu bżonn bidla. Inutli tgħid li ma niflaħx aktar l-arroganza ta’ Robert Abela u tal-Labour… biex tbiddel dan kollu int trid toħroġ tivvota. Int min int, int minn fejn int… ħossok li għandek dmir u f’idejk għandek iċ-ċavetta biex tiftaħ il-bieb ta’ opportunitajiet li dan il-Partit fil-viżjoni tiegħu għandu u lest li jkun qiegħed iwettaq jekk int tavdah li jmexxi dan il-gvern.”

Qal ukoll: “Aktar minn qatt qabel huwa evidenti li dan il-partit, kif semmejt jien għal ħafna xhur, li konna qed naħdmu, ħdimna biex għaqqadna l-partit, ħdimna biex irriġenerajna l-partit u ħdimna wkoll biex nippreparaw il-partit b’konsultazzjoni man-nies u mal-esperti biex naslu  ħalli nkunu preparati mhux biss biex nikkampanjaw imma wkoll biex nigvernaw. Illum ħadd m’għandu dubju li meta jiena nagħtikom kelma, dik il-kelma jien inżommha”

Osserva l-fatt li filwaqt huma ilhom li nedew il-Programm Elettorali, il-Partit Laburista fadallu tliet għodda biss. Għal Grech dawn huma l-gideb, il-photocopier u l-flus tal-poplu li fi kliemu qed jużaw bl-għama biex jippruvaw jikkonvinċu li huma l-aħjar għażla.

Ekonomija

Sport