Thursday, May 16, 2024

Grech jgħid li jrid ikompli jikkonvinċi li t-triq ‘il quddiem hi t-triq tal-PN

Claudio Coleiro
Claudio Coleiro
Ġurnalist

Aqra wkoll

Il-Kap tal-Oppożizzjoni u tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech iddikjara li pajjiżna għandu bżonn mudell ekonomiku li bih tgħix ħajja aħjar, ikollok opportunitajiet aħjar u ċans li jkollok salarju aħjar. 

F’attività politika fin-Naxxar, Grech qal li l-ħaddiem Malti u barranin jeħtieġ li jkollu r-rispett u d-dinjità li tixraqlu. “Li bil-paga jkun jista’ mhux biss ilaħħaq mal-ħajja imma jgħix kif jixraqlu u b’mod dinjituż.” 

Il-Kap tal-Oppożizzjoni saħaq li għalhekk hemm bżonn li nħarsu ‘l quddiem, noffru t-tama u li nkomplu nikkonvinċu li t-triq ‘il quddiem hija t-triq tal-PN. Tenna wkoll li l-poplu għandu bżonn stabbilità u serjetà. 

Sadanittant, huwa qal li meta fetaħ il-gazzetti tal-Ħadd u beda jaqra l-artikli, kompla jirrealizza kemm il-Partit Laburista skontu “jinsab maqbud fi ġlied intern.” Kien hawn fejn qal li filwaqt li l-għoli tal-ħajja li qed taffettwa ta’ kuljum lill-Maltin, dan il-Gvern jibqa’ ma jindirizzax din il-problema għax fi kliemu jinsab “mifni bil-problemi li għandu.” 

Grech tenna li jinsab konvint li meta l-poplu jkollu l-fatti quddiemu jagħżel l-aħjar għal pajjiżna.

Sport