Saturday, July 20, 2024

Grech jgħid li l-PN determinat li jibni l-maġġoranza ġdida Nazzjonalista fil-pajjiż

Aqra wkoll

“Bħalma bnejna maġġoranza ġdida Nazzjonalista f’ħafna lokalitajiet, aħna determinati li nibnu maġġoranza ġdida Nazzjonalista fil-pajjiż”. Dan kien il-messaġġ tal-Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech matul konferenza tal-aħbarijiet fejn analizza r-riżultati tal-elezzjonijiet li saru fi tmiem il-ġimgħa li għadda.

Grech irrimarka kif il-Partit mmexxi minnu naqqas id-distakk mal-Partit Laburista. Qal ukoll li ħames snin ilu, id-distakk bejn il-Partit Nazzjonalista u l-Partit Laburista fl-elezzjonijiet tal-Kunsilli Lokali kien ta’ 18.1%.

Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista irrimarka li l-Partit immexxi minnu qed jirnexxielu jaqleb il-voti mingħand il-Partit Laburista u li skontu dan ifisser li l-poplu qed jinduna li l-Partit Nazzjonalista hu l-Gvern Alternattiv biex joħroġ lil Malta mill-problemi li daħħalhom fih il-Gvern Laburista.

Temm jgħid li l-Partit Nazzjonalista jibqa’ determinat aktar minn qabel biex jibni maġġoranza ġdida fil-pajjiż.

Ekonomija

Sport