Wednesday, July 24, 2024

Grech jgħid li wasal iż-żmien li pajjiżna jagħmel ‘reset’

Aqra wkoll

Il-Kap tal-Oppożizzjoni u tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech iddikjara li wasal iż-żmien li pajjiżna jagħmel ‘reset’ u fi kliemu stess biex dan isir ma tistax tafda lill-istess nies. Qal li d-direzzjoni ‘l quddiem hi li l-PN ikompli jaħdem sabiex jikkonvinċi lill-poplu li żmien ir-‘resets’ irid jasal. Huwa tenna li biex pajjiżna jibda “jfiq” irid ikollu Gvern ġdid Nazzjonalista.

F’kollegament telefoniku fuq il-programm Analiżi fuq l-istazzjon tal-PN tkellem ukoll dwar il-kontroversja li nqalgħet meta ġie rrapportat li ntefqu nofs miljun ewro għal film ta’ 10 minuti li fih jidher il-Kummissarju tal-Films. Fl-istess waqt fakkar kif fil-jiem li għadda ħareġ li ntefqu mas-€6 miljun sabiex allegatament jinħolqu stejjer b’allegazzjonijiet foloz fil-konfront tal-eks Deputat Prim Ministru.

Dwar l-industrija tal-films, Grech qal li l-PN dejjem emmen fiha u se jkunu qed jinvestu fiha bis-serjetà. Qal ukoll “nagħrfu li t-talent lokali huwa importanti u għandu valur daqs it-talent barrani. Filwaqt li nattiraw produzzjonijiet barranin, irridu nsaħħu u nsostnu lill-produtturi lokali.”

Ekonomija

1 kumment

  1. Kif qatt il polu Malti justa javda kap ta partit li qatt ma kien ihallas taxxa u jiddikjara li jaqla £6000 lira fis sena.Jixtri villa l Mosta bi’s swimming pool.Fiau qatt investigat kif min jaqla daqs haddiem flindustrija jista jixtri villa.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport