Wednesday, July 24, 2024

VisitMalta b’inċentiv ta’ €10,000 għal kull stadju li javvanza tim Malti tal-futbol fil-kompetizzjonijiet Ewropej

Aqra wkoll

F’dawn l-aħħar snin VisitMalta appoġjat lit-timijiet tal-futbol lokali li jieħdu sehem fil-kompetizzjonijiet uffiċjali tal-UEFA permezz ta’ inċentiv finanzjarju ta’ 10,000.

Għal sena oħra, l-inċentiv ser jiżdied hekk kif kull tim individwali għandu l-potenzjal li jibbenefika minn €10,000 oħra għal kull stadju li javvanza fil-kompetizzjoni rispettiva.

It-timijiet lokali li ser jibbenefikaw minn dan l-inċentiv huma Ħamrun Spartans Football Club fil-UEFA Champions League, Floriana Football Club, Sliema Wanderers Football Club u Marsaxlokk Football Club fil-UEFA Europa Conference League, it-tim tan-nisa ta’ Birkirkara Football Club fil-UEFA Women Champions League, Luxol St Andrews fil-UEFA Futsal Champions League u ta’ Valletta Football Club fil-UEFA Youth League.

It-timijiet imsemmija ser ikollhom il-brand VisitMalta fuq il-kit li ser jilgħabu bih fil-kompetizzjonijiet tal-UEFA.

Dawn id-dettalji tħabbru f’konferenza tal-affarijiet mill-Ministru għat-Turiżmu u l-Indafa Pubblika Clayton Bartolo fil-preżenza tal-Kap Eżekuttiv tal-Awtorità Maltija għat-Turiżmu Carlo Micallef u l-uffiċjali tal-klabbs rispettivi.

Il-Ministru għat-Turiżmu Clayton Bartolo rrimarka kif iż-żieda fl-inċentiv għat-timijiet lokali li ser jikkompetu fit-turnej tal-UEFA huwa turija ċara ta’ kemm bħala pajjiż m’hemm xejn li jwaqqafna milli nagħmlu iżjed suċċessi fid-dinja sportiva. “Iċ-ċokon ġeografiku m’għandu qatt ikun ħajt għal aspirazzjonijiet tal-isport Malti. Anzi għandna nkunu iżjed proattivi biex ninċentivaw iżjed ażjendi sportivi li jmorru barra minn xtutna jirriklamaw lill-pajjiżna u fuq kollox jiksbu s-suċċess mixtieq,” irrimarka l-Ministru Clayton Bartolo.

Ekonomija

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport