Wednesday, July 24, 2024

Il-Lemin Estrem Franċiż jittama li jiggverna

Aqra wkoll

Matul il-ġurnata tal-lum saret it-tieni rawnd ta’ elezzjonijiet fi Franza fejn għall-ewwel darba l-Lemin Estrem qiegħed jittama li jiggverna.

Iżda s-sitwazzjoni mhux se tkun daqshekk faċli hekk kif il-partit l-oħrajn kollha qegħdin jipprovaw joħolqu sitwazzjoni biex Marine Le Pen u Jordan Bardella qatt ma jkunu fil-poter u jmexxu l-Assemblea Nazzjonali.

Fl-ewwel rawnd ta’ elezzjonijiet il-Partit tal-Lemin Estrem mar tajjeb ħafna, iżda fl-aħħar ġimgħa aktar minn 200 kandidat rivali qalu li ma kinux se jerġgħu jikkontestaw l-elezzjoni biex b’hekk jagħtu ċans lill-kandidat oħrajn u allura jnaqqsu ċ-ċans lil Le Pen u Bardella jirbħu din l-elezzjoni.

Iżda analisti qegħdin jgħidu li jkun xi jkun ir-riżultat se jkun żmien diffiċli mmens għall-President Emmanuel Macron li jibqa’ jmexxi lil Franza għalhekk hu diġà qal li mhux se jirriżenja mill-kariga.

Macron kellu jsejjaħ elezzjoni ġenerali wara r-riżultat ħażin ferm li ġab fl-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew. Kien il-mexxej Jordan Bardella li għad għandu 28 sena li sfida lil Macron biex isejjaħ l-elezzjoni ġenerali.

Il-politikanti Franċiżi qegħdin jittamaw li s-sitwazzjoni politika fil-pajjiż tikkalma malajr kemm jista’ jkun hemm kif fis-26 ta’ Lulju li ġej mistennija li jibdew l-Olimpjadi ta’ Pariġi.

Minħabba dan se jkun hemm sigurtà kbira ħafna u l-Gvern qiegħed jittama li l-Franċiżi ma jagħmlux protesti li ħafna drabi jispiċċaw vjolenti.

Opinjonisti qalu li hemm dubji kbar dwar kemm mhux se jkun hemm protesti u dan se jwassal biex ikun hemm pressjoni kbira ħafna fuq il-pulizija biex joffru sigurtà lil atleti. Qalu wkoll li Macron messu sejjaħ l-elezzjoni ġenerali wara li jkunu ntemmu l-Olimpjadi hekk kif jaf li l-kultura tal-poplu Franiż hija li jipprotestaw u meta jagħmlu dan ikunu vjolenti.

Ekonomija

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport