Sunday, December 22, 2024

Grech jgħid li Zelensky kellu raġun meta qal li l-gwerra tal-Ukreni hija l-gwerra tal-Ewropej

Aqra wkoll

“Erġajt ngħatajt il-mandat biex nkomplu bil-ħidma tagħna biex nirriġeneraw d-demokrazija ta’ Malta”. Iddikjara dan il-Kap tal-Partit Nazjonalista waqt id-diskors tiegħu waqt il-kungress tal-European people’s party.

Grech irrefera għad-diskors tal-President Ukren Zelensky li qal li l-gwerra tal-Ukreni hija wkoll il-gwerra tal-Ewropa u saħaq li huwa kien korrett meta qal hekk.

Grech qal li l-Unjoni Ewropea għandha tibqa’ tagħti s-sapport tagħha lill-Ukreni. Huwa kompla biex jgħid li bħala Partit Nazzjonalista qiegħed jagħmel pressjoni kontinwa biex il-gvern jirdoppja l-isforzi tiegħu biex jimplimenta s-sanzjonijiet tal-Unjoni Ewropea kontra r-Russja ta’ Putin. Grech qal li l-Ewropa trid tara li tikseb dipendenza minn sorsi ta’ enerġija ġejjin minn reġim li ma jaħsibhiex darbtejn biex jinvadi nazzjon sovran.

“Nemmen li flimkien u b’kuraġġ, l-Ewropa tista’ toħroġ b’saħħitha iżjed minn qatt qabel f’futur maqsum mal-Ukreni”, temm jgħid Grech.

Ekonomija

Sport