Ivan Perisic jingħaqad ma’ Tottenham Hotspur b’mod uffiċjali  

0
891

Ivan Perisic ingħaqad ma’ Tottenham Hotspur b’mod uffiċjali. 

Minkejja li kien qed jiġi segwit minn Chelsea, huwa għażel li jmur jaħdem taħt ir-responsabbiltá tal-manager, Antonio Conte, wara li fl-istaġun li għadda huwa rebaħ il-kampjonat Taljan ma’ Inter taħt it-tmexxija tiegħu. 

Il-midfielder Kroat ta’ 33 sena ddeċieda li ma jġeddidx il-kuntratt man-Nerazzurri biex issa se jilgħab fil-Premier League Ingliż bis-salarju se jkun dak ta’ £170,000 fil-ġimgħa.