Saturday, November 2, 2024

“Grech kien qal li m’aħniex full up għall-immigranti regolari imma issa full up għal dawk regolari”

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Waqt is-seduta parlamentari tal-lejla l-Prim Ministru tkellem dwar l-isfidi massivi tal-immigrazzjoni irregolari u kif gvern Laburista rnexxielu jikkontrolla dgħajjes ġejjin minn kullimkien, anke bil-mijiet infettati bil-virus tal-Covid-19. Fakkar li l-Kap tal-Oppożizzjoni dak iż-żmien kien qal li m’aħniex full up u issa llum għax qiegħed jadotta politika popolista u jgħid li aħna full up anke fejn tidħol immigrazzjoni regolari. Minkejja kull sfidi, Dr Abela qal li hemm drabi fejn ikollok tagħżel bejn umani f’nofs ta’ baħar li trid tagħżel issalvahomx jew le anke jekk taf li se jkunu ta’ piż għall-popolazzjoni, pajjiżna rnexxielu jilħaq bilanċ bejn it-tnejn.

Il-Prim Ministru qal li l-gvern qiegħed jaħdem fuq dak li l-poplu afdah biex jagħmel. Hawnhekk irrefera għall-aħħar regolamenti għat-temping agancies, riforma fejn jidħol is-settur tal-użu tal-vetturi y-plates, riformi għal dawk li jsuqu l-passiġġieri, riforma bl-introduzzjoni tal-iskills card u proċess li wasal biex jiġi finalizzat li jirregola l-kirjiet biex jonqsu l-abbużi minn dawk li jagħżlu li jdaħħlu numru ta’ residenti iktar minn dak permissibbli.

Sport