Saturday, May 4, 2024

Newcastle jistgħu jiffirmaw players b’self minn clubs mis-Sawdi

Aqra wkoll

Newcastle United se jkunu jistgħu jiffirmaw players b’self minn clubs ikkontrollati wkoll mis-sidien Sawdi tagħhom f’Jannar, wara li votazzjoni mill-clubs tal-Premier League dwar projbizzjoni temporanja fuq self ta’ partijiet relatati ma rċevewx l-appoġġ meħtieġ.

Tnax-il club ivvota favur blokk fuq movimenti mislufa bejn timijiet taħt l-istess sjieda.

Dan kien tnejn inqas mill-maġġoranza ta’ żewġ terzi meħtieġa biex din tgħaddi.

Il-Premier League kien mifhum li huwa favur l-introduzzjoni tal-projbizzjoni.

Dan ifisser li Newcastle, per eżempju, jistgħu jiffirmaw players minn clubs li huma wkoll proprjetà tal-Fond ta’ Investiment Pubbliku (PIF) tal-Arabja Sawdija.

Huwa mifhum li Newcastle, Manchester City, Chelsea, Sheffield United, Everton, Wolves, Nottingham Forest u Burnley ivvu­taw kontra l-projbizzjoni.

Newcastle, li t-teħid tal-kontroll tagħhom ta’ £305 miljun appoġġjat mill-Arabja Saw­dija tlesta f’Ottubru 2021, ġew imsemmija ma’ trasferiment tal-eks captain ta’ Wolves, Ruben Neves, mit-team tas-Saudi Pro League, Al-Hilal.

Il-projbizzjoni ġiet proposta bħala miżura temporanja sakemm ikun jista’ jintlaħaq qbil dwar soluzzjoni konkreta qabel is-suq tat-trasferimenti tas-sajf.

Kien stabbilit li japplika biss għal self deħlin, mhux ħerġin.

PIF, li pprovda 80% tal-fondi għat-teħid ta’ Newcastle, ħa f’idejh erba’ clubs ewlenin tal-Arabja Sawdija f’Ġunju – Al-Nassr, Al-Hilal, Al-Ahli u Al-Ittihad.

Mistoqsi f’Novembru jekk jikkunsidrax li jiffirma players minn clubs Sawdi kkontrollati mill-PIF jekk ikun permess, il-ma­nager ta’ Newcastle. Eddie Howe, qal li huwa “miftuħ li jiffirma lil xi ħadd jekk huma tajbin biżżejjed”.

Players oħra ta’ profil għoli tal-eks Premier League bħalissa ma’ clubs proprjetà tal-PIF jinkludu lil Cristiano Ronaldo (Al-   Nassr), Roberto Firmino (Al-Ahli), Sadio Mane (Al-Nassr) u Riyad Mahrez (Al-Ahli).

Iżda hija mossa potenzjali f’Jannar għal Neves ta’ 26 sena – li ngħaqad ma’ Al-Hilal għal £47 miljun f’Ġunju – li tista’ tgħin lill-Magpies jimlew il-vojt f’nofs il-ground maħluq mill-projbizzjoni ta’ 10 xhur ta’ Sandro Tonali minħabba ksur tar-regoli tal-imħatri.

Il-PIF, li huwa mmexxi miċ-chairman ta’ Newcastle, Yasir Al-Rumayyan, għandu assi ta’ £250 biljun – li jagħmel lil Newcastle wieħed mill-iktar clubs sinjuri fid-dinja.

Newcastle mhumiex l-uniku club tal-Premier League li jagħmel parti minn mudell ta’ sjieda ta’ diversi clubs. Manchester City huma wieħed minn 13-il club – flimkien mal-leaders ta’ La Liga Girona – taħt il-kontroll tas-City Football Group.

Crystal Palace huma wieħed minn ħames clubs – inkluż il-club Franċiż Lyon – pro­prjetà ta’ Eagle Football Holdings, filwaqt li s-sidien ta’ Chelsea BlueCo ħadu sehem ta’ maġġoranza fi Strasburg f’Ġunju.

Il-vot huwa telfa rari għall-Premier League, li kien konxju tat-tħassib fost xi wħud mill-membri tiegħu li self bejn clubs affiljati jista’ jagħti vantaġġ inġust lir-ri­vali. Iżda kien hemm ukoll suġġerimenti li kwalunkwe projbizzjoni tista’ tiffaċċja sfida legali.

Sport