Thursday, December 19, 2024

“Grech qal li jrid jiftaħ uffiċċju tal-Malta Enterprise f’Għawdex… ilu miftuħ mill-1996″

Aqra wkoll

Waqt konferenza tal-aħbarijiet, dalgħodu l-Kap tal-Oppożizzjoni Bernard Grech ippreżenta l-proposti tal-PN relatati mal-gżira Għawdxija.

Fost il-propost huwa qal: “rridu nibnu branka dedikata tal-Malta Enterprise b’unità ta’ appoġġ għall-promozzjoni tal-investiment dirett lokali u barrani f’Għawdex.”

B’reazzjoni għal dan, il-Ministru Miriam Dalli ppubblikat ritratt fuq il-midja soċjali ta’ meta kienet marret fl-uffiċċju tal-Malta Enterprise f’Għawdex fit-30 ta’ April tal-2021.

Il-Ministru Dalli kitbet: “Imma, illum Bernard Grech qal li jrid jiftaħ uffiċċju tal-Malta Enterprise f’Għawdex! Forsi xi ħadd jinfurmah ftit li l-uffiċċju li semma ilu miftuħ mill-1996?!”

Ekonomija

Sport