Tuesday, September 24, 2024

GREE Żurrieq Wolves Hotsticks b’kamp ta’ taħriġ fi Sqallija

Aqra wkoll

Fi tmiem il-ġimgħa li għaddiet, GREE Żurrieq Wolves Hotsticks ħadu sehem f’kamp ta’ taħriġ fi Sqallija fejn serva ta’ preparazzjoni għall-istaġun lokali tal-hockey li se jibda dalwaqt.

Iż-Żrieraq lagħbu żewġ partiti ta’ ħbiberija kontra Polisportiva Galatea Hockey fejn fl-ewwel konfront huma kienu żvinturati li tilfu 2-1. Din il-logħba kienet ferm bilanċjata għalkemm fl-aħħħar mill-aħħar kienu l-Isqallin li daħku l-aħħar daħka. Christ Agius skorja l-uniku gowl tal-partita għat-tim Malti.

Fit-tieni logħba, GREE Żurrieq Wolves Hotsticks ħarġu ferm motivati li jpattu għal din it-telfa hekk kif irnexxielhom jirbħu lill-istess Galatea 3-1 b’Alessandro Amore, Jaydon Cutajar u Ryan Dalli jiskorjaw għat-tim tagħhom.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport