Sunday, September 27, 2026
Home Sport UEFA Nations League: L-ewwel rebħa għall-Olanda taħt il-coach il-ġdid, Xavi Hernandez

UEFA Nations League: L-ewwel rebħa għall-Olanda taħt il-coach il-ġdid, Xavi Hernandez

0
64

Mees Meerdink skorja żewġ gowls biex ta lil Xavi Hernandez l-ewwel rebħa tiegħu bħala coach tat-tim nazzjonali tal-Olanda, hekk kif  għelbu lis-Serbja 2-1 f’Belgrad fil-UEFA Nations League.

L-Olanda marru fil-vantaġġ fit-30 minuta minn penalty wara li Aleksa Terzic waqqa’ lil Crysencio Summerville fil-kaxxa. Meerdink ma żbaljax mill-11-il metru u skorja l-ewwel goal tiegħu mat-team nazzjonali tal-Oranġjo.

L-Olandiżi komplew jikkontrollaw il-logħba u Denzel Dumfries kellu xutt salvat mill-gooalkeeper Serb, Vanja Milinkovic-Savic. Madankollu, qabel tmiem l-ewwel taqsima, Cody Gakpo kellu joħroġ mil-logħba minħabba injury.

Fil-bidu tat-tieni taqsima, il-coach tas-Serbja, Veljko Paunovic, daħħal lil Dusan Tadic u lil Luka Jovic bħala sostituti. Il-bidla ħalliet il-frott kważi mill-ewwel, hekk kif Jovic kiseb id-draw minuta biss wara l-bidu tat-tieni taqsima. L-attakkant sfrutta ballun li baqa’ fil-kaxxa wara żewġ saves ta’ Bart Verbruggen u b’xutt b’siequ x-xellugija għeleb lill-goalkeeper Olandiż.

L-Oranġjo wieġbu mill-ewwel u Ruben van Bommel kien viċin li jerġa’ jagħtihom il-vantaġġ, iżda x-xutt tiegħu ħabat mal-lasta. Tijjani Reijnders kellu wkoll opportunità tajba, iżda x-xutt tiegħu spiċċa għoli.

Fid-69 minuta, Meerdink reġa’ skorja biex għamel l-iskor 2-1. Huwa kkontrolla pass ta’ Guus Til u b’xutt preċiż b’saqajh ix-xellugija għeleb lil Milinkovic-Savic.

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here