Sunday, September 27, 2026
Home Sport Partita ta’ Ħbiberija: Malta tegħleb lil Liechtenstein b’goal f’kull taqsima

Partita ta’ Ħbiberija: Malta tegħleb lil Liechtenstein b’goal f’kull taqsima

0
54
Ritratti: Mark Mangion

Minn Cristian Muscat

mALTA ………………..……2

LIECHTENSTEIN…………0

F’partita ta’ ħbiberija internazzjonali, it-team naz­zjonali Malti għeleb lil dak ta’ Liechtenstein bl-iskor ta’ 2-0, bil-goals jaslu wieħed f’kull taqsima. B’hekk wara li nhar il-Ħamis li għadda f’partita valida minn League D1 tal-UEFA Nations Lea­gue għeleb lil Andorra bl-iskor ta’ 2-1 barra minn daru, it-team Malti kiseb it-tieni rebħa nfila fi spazju ta’ tlett ijiem.

Proprju fl-ewwel azzjoni li waslet fil-11-il minuta, Liechtenstein ingħataw penalty meta Jake Azzopardi waqqa’ lil Kenny Kindle fil-kaxxa.

Mill-11-il metru inkariga ruħu l-captain Nicolas Has­ler li iżda kellu x-xutt fil-baxx jintemm ftit barra.

Il-Maltin wieġbu fil-25 minuta meta Jake Azzopardi venven xutt b’saħħtu minn tarf il-kaxxa li ntemm għoli.

Huma tilfu ċans tad-deheb li jiftħu l-iskor fit-32 minuta meta minn  corner ta’  Brandon Paiber, Gabriel Boh­rer Mentz minn taħt il-lasta żmarka ruħu tajjeb iżda laqat il-ballun ħażin li finalment intemm fit barra.

Żewġ minuti biss wara, il-captain Joseph Mbong, kellu cross-shot fil-baxx li ġie salvat minn mal-art mill-goalkeeper ta’ Liechtenstein, Justin Ospelt

Finalment u meritatament, fis-37 minuta, il-Maltin fetħu l-iskor meta f’azzjoni li kien fiha bosta players bil-ballun jiġi maqlugħ mid-difiża avversara diversi drabi, waqa’ għand JAKE GRECH li b’xutt bid-dawra minn po­żizzjoni angolata għeleb għal kollox lill-goalkeeper, Justin Ospelt, f’dak li huwa meqjus bħala Euro-goal!!

Erba’ minuti mill-ftuħ tat-tieni taqsima, Paul Mbong kellu x-xutt fil-baxx u pjuttost ċentrali tiegħu salvat b’diffikultá minn mal-art minn Ospelt.

U fil-51 minuta reġa’ kien Paul Mbong li ħoloq il-periklu għal pajjiżna meta wara li rċieva l-ballun minn freekick, kellu l-konklużjoni mill-viċin tintemm ferm għoli.

Il-Maltin komplew jiddominaw u fid-59 minuta, wara li rċieva minn azzjoni ta’ corner, Myles Beerman venven xutt mid-distanza li ntemm għoli.

Iżda l-Maltin ma kellhomx jiġu mċaħħda fit-63 minuta meta rduppjaw l-iskor hekk kif l-iskorer prolifiku ta’ Valletta, ANDREA ZAMMIT, approfitta minn indeċiżjoni bejn żewġ players ta’ Liechtenstein, qabeż lil Ospelt u b’eleganza mill-viċin ma ħafirx, biex b’hekk skorja l-ewwel goal tiegħu bil-flokk tat-tim nazzjonali.

Il-partita kompliet karatterizzata minn ħafna logħob f’nofs il-ground u minn diversi sostituzzjonijiet fuq iż-żewġ naħat, bil-Maltin ikomplu jamministraw il-vantaġġ doppju li kellhom sa tmiem il-partita.

Malta: Rashed Al Tumi (James Sissons 75), Jean Borg, Gabriel Bohrer Mentz (Kevin Cannavo 75), Joseph Essien Mbong (Kean Scicluna 66), Jake Grech (Matthew Guillaumier 84), Brandon Paiber (Zach Muscat 75), Myles Beerman (Ryan Camenzuli 84), Jake Azzopardi, Keyon Ewurum (Carlo Zammit Lonardelli 46), Juan Carlos Corbalan (Andrea Zammit 46), Basil Tuma (Paul Mbong 46)   – Coach: Emilio De Leo

Liechtenstein: Justin Ospelt, Max Goppol, Lans Traber (Jonas Weissenhofer 75), Marcel Buchel (Aron Sele 61), Alessandro Lo Russo, Kenny Kindle (Emanuel Zund 46), Livio Meier (Bruno Poitner 75), Andrin Netzer (Niklas Beck 75), Liam Kranz (Severin Schlegel 61), Nicolas Hasler (Fabio Luque-Notaro 46), Jens Hofer  – Coach: xxxx

Referee: Daniyar Sakhi (Kazakh­stan)

assistenti: Samat Tergeussizov, Sergey Kalachyov (Kazakhstan)

Raba’ Uff.: Alex Johnson

Skorers: J. Grech 37, A. Zammit 63 (M)

Ammonit: L. Meier (L)

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here