Il-Pulizija f’Manchester ikkonfermat li qed issegwi mill-qrib allegazzjoni li Mason Greenwood kiser il-kundizzjonijiet tal-ħelsien mill-arrest
L-attakkant ta’ Manchester United ta’ 21 sena ġie arrestat fuq suspett li kiser il-kundizzjonijiet tal-qorti.
Iż-żagħżugħ ta’ 21 sena ngħata l-ħelsien mill-arrest fuq diversi kundizzjonijiet wara li ġie arrestat fuq suspett ta’ stupru, attakk u theddid ta’ qtil.
Kelliem tal-Pulizija qal lill-midja li “Il-Pulizija ta’ Manchester huma konxji ta’ allegazzjoni dwar żagħżugħ ta’ 21 sena li kiser il-kundizzjonijiet tal-libertà proviżorja tiegħu u li ġie arrest nhar is-Sibt 15 ta’ Ottubru 2022. L-inkjesta b’rabta mal-każ għadha għaddejja.”