Saturday, May 4, 2024

Birkirkara jtellfu l-ewwel punti lil Hamrun S.

Aqra wkoll

Birkirkara … 0

Hamrun S … 0

Birkirkara: 1-Giacomo Nava, 2-Osvaldo Ionio (21-Ryan Scicluna 73), 5-Enrico Pepe, 7-Alex Da Paixao Alves (20-Federico Falcone 63), 8-Yannick Yankam, 11-Kurt Zammit, 22-Cain Attard, 30-Enzo Daniel Cabraera, 42-Simon Zibo, 72-Alessandro Coppola, 92-Kevin Tulimieri (10-Paul Mbong 68) Coach: Giovanni Tedesco

Hamrun S.: 1-Henry Bonello, 4-Steve Borg, 6-Matthew Guillaumier, 9-Elvis Sukisa Mashike (17-Vinicius De Freitas Ribeiro 80), 10-Jorge Ailton Soares (7-Luke Montebello 76), 12-Roko Prsa (3-Ederson Bruno Domingos 80), 27-Ognjen Bjelicic, 28-Juan Carlos Corbalan, 63-Jonny, 91-Emerson Marcelina, 94-Ryan Camenzuli Coach: Branko Nisevic

Referee: Matthew Degabriele

Ass. Referees: Jurgen Spiteri, Mitchell Scerri

Raba’ Uffiċjal: Andrea Sciriha

Skorers: Ħadd

Ammoniti: Y. Yankam, O. Ionio, A. Da Paixao Alves, A. Coppola (B), S. Borg, M. Guillaumier, R. Prsa, R. Camenzuli (H)

Player tal-Logħba: Simon Zibo (B)

Wara sensiela ta’ sitt rebħiet konsekuttivi, Hamrun Spartans, tilfu l-ewwel żewġ punti tal-istaġun meta sfaw miżmuma fi draw ta’ mingħajr goals minn Birkirkara.

Kienu Hamrun li ħolqu l-ewwel periklu fis-16-il minuta meta xutt b’saħħtu ta’ Ryan Camnenzuli stampa mal-mimduda bl-Istripes jeħilsuha ħafif.

Huma komplew jiddettaw il-logħob u fid-39 minuta, Matthew Guillaumier dar tajjeb ma’ difensur avversarju qabel kellu x-xutt fil-baxx tiegħu minn pożizzjoni ideali jintemm ftit barra.

Fil-ftuħ tat-tieni taqsima, Birkirkara, ħarġu ferm aggressivi u fit-48 minuta Alex Da Paixo Alves għadda tajjeb lejn Enzo Daniel Cabrera iżda pront kien il-goalkeeper internazzjonali Malti tal-Ispartans Henry Bonello li ħareġ barra minn postu biex interċetta kull periklu.

Il-partita kompliet tiżvolġi b’ħafna logħob f’nofs il-ground, fejn ma ġiet innutata l-ebda azzkoni oħra denja ta’ nota.

Sport