Friday, November 15, 2024

Greta Thunberg mhux interessata fil-ħajja politika

Claudio Coleiro
Claudio Coleiro
Ġurnalist

Aqra wkoll

L-attivista favur il-klima Greta Thunberg iddikjarat li mhux se taqbad karriera fil-politika għaliex hija wisq “tossika”. 

L-adoloxxenti Żvediża saret magħrufa fl-2018, wara li kienet falliet l-iskola u ħolqot moviment internazzjonali li jiġġieled it-tibdil fil-klima.

Thunberg, li illum għandha 19-il sena, tgħid li l-bidliet meħtieġa “jistgħu jseħħ biss jekk ikun hemm biżżejjed pressjoni pubblika minn barra – u din hija xi ħaġa li rridu noħolqu aħna.”

Qalet li hija qatt ma kellha l-intenzjoni li ssir il-wiċċ ta’ moviment globali. “Wisq responsabbilità,” qalet Thunberg. “Xi kultant jitilgħuli. Ngħid ‘jekk naħseb li t-tama kollha fid-dinja tistrieħ fuq l-ispallejn ta’ adoloxxenti eżawrita, jiġifieri, mhux tajjeb ħafna.”

Is-27 Konferenza tal-Partijiet għall-Konvenzjoni Qafas tan-Nazzjonijiet Uniti dwar it-Tibdil fil-Klima se tkun qed issir fl-Eġittu bejn is-6 u t-18 ta’ Novembru, iżda Thunberg mhux se tkun preżenti.

“M’hemmx bżonni hemm. Se jkun hemm nies oħra li se jattendu, mill-aktar żoni milquta. U naħseb li l-vuċi tagħhom hija akar importanti,” qalet Thunberg lill-BBC. 

Hija kompliet tgħid li ma kinitx affettwata mill-abbuż fuq il-midja soċjali iżda qalet: “l-iktar li qed niddejjaq huwa meta n-nies jigdbu dwari u jxerrdu, bħal teoriji ta’ komplott (conspiracy theories).”

Ekonomija

Sport