Fi tmiem il-ġimgħa li għaddiet, Atletico Madrid lagħbu kontra Real Sociedad barra minn darhom bil-logħba bejn dawn iż-żewġ timijiet tintemm fi draw ta’ 1-1. Ma tantx kienet logħba pożittiva għall-attakkant internazzjonali Franċiż Antoine Griezmann li kien kontinwament assedjat b’tisfir liema bħalu mill-pubbliku preżenti f’Estadio Anoeta.
Griezmann kien jilgħab ma’ Real Sociedad bejn l-2009 u l-2014 iżda hu telaq ħabta u sabta minn magħhom sabiex ingħaqad ma’ Atletico Madrid.
Il-partitarji baqgħu jiftarku x’ġara għaxar snin ilu u litteralment żvugaw il-frustrazzjoni tagħhom fuqu.