Friday, December 13, 2024

Grupp ta’ għaddasa jissieltu biex isalvaw inbid ta’ żmien l-Ewwel Gwerra Dinjija

Aqra wkoll

Grupp ta’ għaddasa li l-hena tagħhom illi jfittxu xi teżori fil-baħar, għadhom kemm sabu għadd ta’ flixkien tal-inbid antik — li huwa maħsub illi jqum il-miljuni — u bħalissa qed jissaraw biex jingħataw il-permess meħtieġ sabiex ikunu jistgħu jsalvawhom. 

Minkejja li l-grupp tal-esploraturi offrew illi jagħtu parti mill-profitt bħala donazzjoni lil Lizard Lifeboat Station u li jallokaw xi flus oħra għar-riċerka tal-istorja marittima, il-Gvern irrifjuta li jilqa’ t-talba tagħhom.

Il-vapur, li kien mogħti l-isem Libourne, kien fi triqtu lura lejn il-Gran Brittanja, meta fid-29 ta’ Settembru 1918 — sitt ġimgħat biss qabel ma ntemmet l-Ewwel Gwerra Dinjija, spiċċa mgħerreq minn U-boat Ġermaniża. Dan il-vapur kien qed iġorr għadd ta’ alkoħol, fosthom inbid, xampanja u brandy.

Il-vapur għereq f’inqas minn nofs siegħa. Tliet irġiel sfaw vittma tal-isplużjoni filwaqt li 30 persuna oħra rnexxielhom isalvaw.

Grupp ta’ nies li jikkonsisti minn tliet persuni — Daniel Jayson (espert fl-operazzjonijiet tal-baħar), Ian Hudson (storiku tal-istorja navali) u Luc Heyman (kap tal-vapuri u espert tas-salvataġġ) ilhom żmien twil ifittxu fl-ibħra Ingliżi bil-għan li jsibu u jsalvaw xi fdalijiet tal-vapuri.

Dawn l-esploraturi — li skoprew fejn jinsab il-Libourne fl-2015, baqgħu skantati meta sabu kwantità kbira ta’ alkoħol, fosthom inbid li jmorru lura għall-bidu tas-seklu 20.

Ekonomija

Sport