Friday, May 17, 2024

“Id-deċiżjonijiet li ttieħdu biex il-kmamar tan-nar ikunu aktar siguri ħallew il-frott”

Il-Ministru Byron Camilleri

Claudio Coleiro
Claudio Coleiro
Ġurnalist

Aqra wkoll

“Minn dak li qaluli diversi persuni, jidher li d-deċiżjonijiet li ttieħdu fl-aħħar snin sabiex il-kmamar tan-nar ikunu aktar siguri ħallew il-frott.” Stqarr dan il-Ministru għall-Intern, is-Sigurtà, ir-Riformi u l-Ugwaljanza Byron Camilleri meta fil-Parlament kien qed jitkellem dwar l-inċident li seħħ is-Sibt li għadda fil-Kamra tan-Nar tas-Soċjetà Piroteknika 15 t’Awwissu tal-Mosta.

Il-Ministru Camilleri qal li meta seħħet l-isplużjoni, marru minnufih il-pulizija fuq il-post flimkien ma’ entitajiet oħra fosthom is-sezzjoni tal-isplussivi fi ħdan il-Forzi Armati ta’ Malta u d-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili. Qal li meta l-uffiċjali tkellmu ma’ dawk preżenti, kien ikkonfermat li l-persuni kollha kienu ħarġu mis-sit. 

Huwa spjega wkoll li f’din l-operazzjoni intuża drone tal-Protezzjoni Ċivili u ttieħdet ukoll id-deċiżjoni li jmorru u jsalvaw kelb li kien hemm marbut ma’ struttura tal-metall wara li raw li ma kienx hemm periklu żejjed biex jidħlu. 

Il-Ministru Camilleri qal li ż-żona ġiet issiġillata, ma tħallewx nies jidħlu u l-operazzjoni kompliet matul il-jum tal-Ħadd. “Ninsab infurmat li l-post, għalkemm għad fadal ċertu affarijiet, qed jaħdmu fih sabiex jaraw li ma jkunx hemm perikli,” qal il-Ministru Camilleri. “Għall-grazzja t’Alla ma kien hemm ħadd li tilef ħajtu f’dan l-inċident.”

Sport