Il-komunità ta’ Birkirkara FC sellmet għall-aħħar darba lil Galen Sammut, magħruf aħjar bħala “Il-Pajju,” wara li l-klabb ħabbar l-aħbar kerha tal-mewt tiegħu fl-età ta’ 39 sena, nhar il-Ġimgħa li għadda.
Il-klabb stqarr li “illum qed insellmu għall-aħħar darba lill-għażiż Galen Sammut (il-Pajju),” filwaqt li żied jgħid li “l-memorja tiegħu se tibqa’ dejjem imnaqqxa fil-qlub tal-familja ta’ Birkirkara.”
Huma awgurawlu mistrieħ fis-sliem, bil-komunitá tal-futbol Malti kollha tesprimi s-solidarjetà tagħha ma’ Birkirkara FC u mal-familja ta’ Galen Sammut f’dan il-mument diffiċli.




